1Mosè u x-xjuħ ta’ Iżrael ordnaw lill-poplu u qalulu: “Għandek tħares l-ordnijiet li jien se nordnalkom illum.
2Meta taqsmu x-xmara tal-Ġordan għall-art li se jagħtik il-Mulej, Alla tiegħek, inti twaqqaf ġebel kbir, u tkaħħlu bil-ġir,
3u tikteb fuqu l-kliem ta’ din il-liġi malli tgħaddi u tidħol fl-art li l-Mulej, Alla tiegħek, se jagħtik, art tnixxi ħalib u għasel, skont ma wiegħdek il-Mulej, Alla ta’ missirijietek.’.
16“ ‘Misħut il-bniedem li jżeblaħ lil missieru u lil ommu’; u jwieġeb il-poplu kollu: ‘Ammen’.
17“ ‘Misħut il-bniedem li jċaqlaq il-plieri tar-raba’ ta’ għajru’; u l-poplu kollu jwieġeb: ‘Ammen’.
18“ ‘Misħut il-bniedem li joħroġ l-agħma ’l barra mit-triq’; u l-poplu kollu jwieġeb: ‘Ammen’.
19“ ‘Misħut il-bniedem li jgħawweġ il-ġustizzja tal-barrani, tal-iltim u tal-armla’; u jwieġeb il-poplu kollu: ‘Ammen’.
20“ ‘Misħut il-bniedem li jimtedd mal-mara ta’ missieru, għax ikun jikxef truf il-friex ta’ missieru’; u jwieġeb il-poplu kollu: ‘Ammen’.
21“ ‘Misħut il-bniedem li jimtedd ma’ xi bhima, tkun xi tkun’; u jwieġeb il-poplu kollu: ‘Ammen’.
22“ ‘Misħut il-bniedem li jimtedd ma’ oħtu, bint missieru jew bint ommu’; u jwieġeb il-poplu kollu: ‘Ammen’.
23“ ‘Misħut il-bniedem li jimtedd ma’ omm martu’; u jwieġeb il-poplu kollu: ‘Ammen’.
24“ ‘Misħut il-bniedem li jidrob lil għajru bil-moħbi’; u l-poplu kollu jwieġeb: ‘Ammen’.
25“ ‘Misħut il-bniedem li jieħu l-ħlas biex jidrob għall-mewt lil min ikun bla ħtija’; u jwieġeb il-poplu kollu: ‘Ammen’.
26“ ‘Misħut il-bniedem li ma jżommx il-kliem ta’ din il-liġi u jagħmilhom’; u jwieġeb il-poplu kollu: ‘Ammen’.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.