ĠEREMIJA 42 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 42Il-parir ta’ Ġeremija

1Imbagħad il-fizzjali kollha tal-eżerċtu u Ġoħanan bin Kareħa, Ġeżanija bin Ħosajja u l-poplu kollu, miż-żgħir sal-kbir, resqu lejn

2Ġeremija l-profeta u qalulu: “Ilqa’ t-talba tagħna! Idħol għalina u għal dan il-fdal quddiem il-Mulej, Alla tiegħek, għax, kif tista’ tara b’għajnejk, ftit bqajna mill-kotra li konna.

3Jalla jurina l-Mulej, Alla tiegħek, it-triq li għandna naqbdu, u x’għandna nagħmlu.”

4U Ġeremija, il-profeta, qalilhom: “Smajtkom u hawn jien se nitlob lill-Mulej Alla tagħkom kif għedtuli u kulma jweġibkom il-Mulej ngħidulkom; ebda kelma ma naħbilkom.”

7Meta kienu għaddew għaxart ijiem ġiet il-kelma tal-Mulej lil Ġeremija.

8U dan sejjaħ lil Ġoħanan bin Kareħa, u l-fizzjali tal-eżerċtu li kienu miegħu, u l-poplu kollu, mill-kbir saż-żgħir,

9u qalilhom: “Dan jgħid il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, li intom bgħattuni għandu biex nitolbu għalikom.

10Jekk intom tibqgħu tgħammru f’dan il-pajjiż, jien nibnikom mill-ġdid u ma nħottkomx; inħawwilkom u ma naqlagħkomx, għax jien indimt mill-ħsara li għamiltilkom.

19“Il-Mulej kellimkom, lilkom il-fdal ta’ Ġuda: ‘La tmorrux l-Eġittu. Intom tafu ben tajjeb li jien xhud kontrikom illum.

20Għax intom lgħabtu b’ħajjitkom meta intom bgħattuni għand il-Mulej Alla tagħkom u għedtuli: ‘Itlob lill-Mulej, Alla tagħna, għalina u kulma jgħid il-Mulej, Alla tagħna, ħabbarhulna u aħna nagħmluh.’

21Jien ħabbarthulkom illum, u ma smajtux minn kliem il-Mulej, Alla tagħkom, u minn dak kollu li bagħatni ngħidilkom.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help