1Oraklu. Il-kelma tal-Mulej lil Iżrael permezz ta’ Malakija.
L-imħabba tal-Mulej għal Iżrael2“Ħabbejtkom,” jgħid il-Mulej. “Imma intom tgħidu: ‘Fiex ħabbejtna?’ Jaqaw Għesaw mhux ħu Ġakobb? Oraklu tal-Mulej. Madankollu jien lil Ġakobb ħabbejtu
4Jekk Edom jgħid: “Aħna tfarrakna, imma dak li ġġarraf nerġgħu nibnuh,” dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti: “Huma jibnu, u jiena nħott! U jibdew isejħulhom ‘Art il-ħażen’ u ‘Il-poplu li l-Mulej hu dejjem inkurlat għalih’.Ċanfira lill-qassisin
6“L-iben iweġġaħ lil missieru, u l-qaddej lil sidu. Jekk mela jiena missier, fejn hu t-tweġġiħ tiegħi? U jekk jiena Sid, fejn hu l-biża’ minni? Jgħid il-Mulej tal-eżerċti lilkom, qassisin li żżebilħu ismi. Imma intom tgħidu: ‘Fiex żeblaħnieh Ismek?’, dan mhu xejn ħażin? U jekk toffru vittma magħtuba jew marida, mhu xejn ħażin dan? Mur, isa, offriha lill-gvernatur tiegħek: se jieħu gost bik. Jilqgħek tajjeb?” Jgħid il-Mulej tal-eżerċti.
9U issa morru itolbu lil Alla biex iħenn għalina. Jekk dan iseħħ min-naħa tagħkom, taħsbu intom li se jilqagħkom tajjeb? Jgħid il-Mulej tal-eżerċti.
10“Mhux li fostkom kien hemm xi ħadd li jsakkar il-bibien ħalli ma tkebbsux nar għal xejn fuq l-artal tiegħi! M’għandix pjaċir bikom,” jgħid il-Mulej tal-eżerċti, “u minn idejkom ma nilqax offerti.
11Għax minn tlugħ ix-xemx sa nżulha kbir hu ismi fost il-ġnus, u kullimkien isir lil Ismi sagrifiċċju bl-inċens u offerta safja, għax kbir hu Ismi fost il-ġnus,” jgħid il-Mulej tal-eżerċti.
14Misħut il-wiċċ b’ieħor li fil-merħla tiegħu għandu bhima raġel u jwiegħdu lil Alla, u mbagħad lis-Sid joffrilu b’sagrifiċċju dak li hu difettuż. “Għax jien Sultan kbir,” jgħid il-Mulej tal-eżerċti, “u ismi ta’ min jibża’ minnu fost il-ġnus.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.