1Għall-mexxej tal-kor. Fuq “Maħalat”. Maskil. Ta’ David.
2Jgħid l-iblah f’qalbu: “M’hemmx Alla!”
Tħassru l-bnedmin, għamlu ħwejjeġ ta’ min jistmellhom;
m’hemm ħadd li jagħmel is-sewwa.
3Alla mis-sema jittawwal fuq il-bnedmin,
biex jara jekk hemmx min hu għaqli,
min ifittex lil Alla.
4Ilkoll intilfu, ilkoll flimkien tħażżnu;
ħadd ma jagħmel is-sewwa, anqas biss wieħed.
5Ma jintebħux dawk kollha li jagħmlu l-ħażen,
dawk li qatt ma jsejħu lil Alla?
li jaħtfu l-poplu tiegħi kif wieħed jaħtaf il-ħobż,
u lil Alla ma jsejħux?
6Biża’ kbir waqa’ fuqhom,
bla ma kellhom għalfejn;
għax Alla kissrilhom għadamhom
lil dawk li dawruk;
tħawdu, għax Alla telaqhom.
7Min iġib minn Sijon il-ħelsien ta’ Iżrael?
Meta jerġa’ jqajjem Alla l-poplu tiegħu,
jifraħ Ġakobb, jithenna Iżrael.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.