1U inti għanni għanja tal-biki
għall-prinċpijiet ta’ Iżrael
2u
għidilhom:
X’iljuna kien fiha ommok
fost il-ljuni!
Imteddet qalb il-ljuni ż-żgħar,
u rabbiet il-ġriewi tagħha.
3Minn dawn il-ġriewi rawmet wieħed,
sakemm kiber f’daqsxejn ta’ ljun:
tgħallem jaħtaf il-priża,
u jiekol in-nies.
4U l-ġnus għajtu u nġemgħu kontrih,
u nqabad fil-ħofra tagħhom.
Imbagħad ħaduh bil-ħoloq fl-art tal-Eġittu.
5U meta rat li stenniet għal xejn,
li tamitha sfat fix-xejn,
ħadet ieħor minn ġriwitha,
u minnu rawmet iljun żgħir.
6U beda jħuf qalb il-ljuni,
u kiber f’daqsxejn ta’ ljun;
tgħallem jaħtaf il-priża,
u beda jiekol in-nies
7Ġarr il-priża lejn għerienu,
u ħarbat bliethom.
Twerwer il-pajjiż b’kulma kien fih
għall-ħoss tat-tgargir tiegħu.
8Imbagħad il-ġnus daru għalih,
mill-ibliet kollha ta’ madwar,
firxu xbiekhom fuqu,
u nqabad f’ħofrithom.
9Għalquh ġo gaġġa marbut bil-ktajjen,
u ħaduh għand is-sultan ta’ Babilonja,
u dan għalqu f’fortizza
biex għajjatu aktar ma jinstamax,
fuq l-għoljiet ta’ Iżrael.
L-allegorija tad-dielja10Ommok kienet bħal dielja f’qasam dwieli,
imxettla ħdejn l-ilma kotran;
kienet għammiela u kollha friegħi,
minħabba l-ħafna ilma.
11Ħareġ minnha żarġun b’saħħtu,
u sar xettru ta’ sultan,
intrefa’ ’l fuq minn bejn il-friegħi,
u fl-għoli qalb il-friegħi folti kont tarah.
12Imma d-dielja qaċċtuha f’saħna,
u mal-art meddewha.
Ir-riħ mil-Lvant nixxfilha l-frott;
iż-żarġun b’saħħtu qaċċtuhulha,
nixef u ħarqu n-nar.
13U issa tinsab imħawla fid-deżert,
f’art għatxana u taħraq nar.
14Miż-żarġun ħareġ in-nar,
u l-friegħi u l-frott kililha.
Ma baqa’ ebda żarġun b’saħħtu,
ebda xettru għal sultan.
Din hi għanja ta’ lamentazzjoni
u tkun għanja tal-vistu.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.