2 KRONAKI 16 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 16Asa u Benħadad

1Fis-sena sitta u tletin tas-saltna ta’ Asa, Bagħsa, sultan ta’ Iżrael, tala’ kontra Ġuda, u bena Rama biex ma jħalli lil ħadd joħroġ jew jidħol għand Asa, sultan ta’ Ġuda.

11U l-ġrajja ta’ Asa mill-bidu sal-aħħar huma miktuba fi Ktieb is-Slaten ta’ Ġuda u Iżrael.

12Fid-disgħa u tletin sena tas-saltna tiegħu, Asa marad b’riġlejh u l-marda għafsitu sewwa, u lanqas fil-mard ma fittex lill-Mulej, imma lit-tobba.

13U strieħ Asa ma’ missirijietu, u miet fis-sena wieħed u erbgħin tas-saltna tiegħu.

14U difnuh fil-qabar li kien ħaffer fil-belt ta’ David, u qegħduh fuq sodda mimlija fwejjaħ u ħafna ħwawar maħduma bis-sengħa tal-fewwieħ, u qabbdulu ħuġġieġa kbira.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help