EŻEKJEL 33 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 33Il-Profeta għassies ta’ Iżrael

1U ġietni l-kelma tal-Mulej u qalli:

“Erġgħu, erġgħu lura minn triqatkom il-ħżiena. Għax għandkom tmutu, dar Iżrael?

12“U int, o bniedem: għid lil ulied il-poplu tiegħek: ‘Is-sewwa tal-ġust ma jsalvahx f’jum dnubu, u l-ħażen tal-midneb ma jġarrfux, u lanqas ma jista’ l-bniedem ġust jibqa’ ħaj meta jidneb.

13“Jekk jien ngħid lill-bniedem ġust li jgħix żgur, u hu jafda fis-sewwa tiegħu u jagħmel il-ħażen, is-sewwa tiegħu ma niftakarhulux, imma jmut minħabba l-ħażen li jkun għamel.

14“U meta ngħid lill-ħażin: ‘Int tmut żgur,’ u hu jerġa’ lura minn ħtijietu u jagħmel il-ħaqq u s-sewwa,

15irodd ir-rahan, ipatti għas-serq, jimxi fuq il-preċetti li jagħtu l-ħajja, bla ma jagħmel il-ħażen, dan żgur jibqa’ ħaj, ma jmutx.

17“U wlied il-poplu tiegħek jgħidu: Mhijiex, mhijiex sewwa triq il-Mulej.’ Triqthom li m’hijiex sewwa.Il-waqgħa ta’ Ġerusalemm

21U ġara li fil-ħames jum tal-għaxar xahar, fit-tnax-il sena tal-eżilju tagħna, wasal għandi wieħed maħrub minn Ġerusalemm u qalli: “Il-Belt waqgħet.”

22Id il-Mulej kienet ġiet fuqi l-lejl ta’ qabel il-wasla tal-maħrub u fetħitli fommi qabel ma wasal filgħodu; fommi nfetaħ u ma bqajtx aktar imbikkem.

23U ġietni l-kelma tal-Mulej u qalli:

24“O bniedem, dawk li għadhom jgħammru f’dawk il-ħerbiet f’art Iżrael qegħdin jgħidu: ‘Abraham kien waħdu u kiseb l-art, mela lilna tmiss l-art b’wirt, lilna li aħna ħafna.’

27“Għidilhom dan: ‘Dan jgħid Sidi l-Mulej: Daqs kemm jien ħaj, dawk li għad hemm fuq il-ħerbiet għad jaqgħu bix-xabla u dawk li qegħdin fil-beraħ tar-raba’ nerħihom b’ikel għall-bhejjem, u dawk li hemm fil-fortizzi u l-għerien għad imutu bil-pesta.

28U l-art nagħmel minnha ħerba, u tintemm il-glorja ta’ qawwitha, u l-muntanji ta’ Iżrael isiru ħerba u ħadd ma jgħaddi minnhom.

29“Hekk ikunu jafu li jien il-Mulej, meta nagħmel mill-art ħerba fuq ħerba minħabba l-qżiżijiet kollha li għamlu.

30“U int, o bniedem, ulied il-poplu tiegħek qegħdin ipaċpċu fuqek ħdejn il-ħitan u fi bwieb id-djar, u jgħidu lil xulxin: ‘Ejjew ħa nisimgħu x’inhi l-kelma ħierġa mingħand il-Mulej.’

31U jiġu għandek bħal ġemgħa nies u joqogħdu bilqiegħda quddiemek, il-poplu tiegħi, u jisimgħu kliemek u ma jagħmluhx; għax jitgħaxxqu bihom b’fommhom, imma qalbhom tiġri wara l-qligħ.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help