1Wara dan, il-Lhud kellhom festa, u Ġesù tela’ Ġerusalemm.
2F’Ġerusalemm, maġenb il-menqgħa tal-Bieb tan-Nagħaġ, hemm bini b’ħames loġoġ, li bil-Lhudi jgħidulu Betzata.
3F’dawn il-loġoġ kienet toqgħod kotra ta’ morda, għomja, zopop u mifluġin.
5U kien hemm raġel li kien ilu tmienja u tletin sena marid.
6Ġesù rah qiegħed hemm, u meta sar jaf li kien ilu marid dak iż-żmien kollu qallu: “Trid tfiq?”
7“Sinjur,” wieġbu l-marid, “ma għandix min jitfagħni fil-menqgħa xħin jitqanqal l-ilma, għax waqt li nkun sejjer jien ħaddieħor jinżel qabli.”
8Qallu Ġesù: “Qum, aqbad friexek u imxi!”
9Minnufih dak ir-raġel fieq, qabad friexu u beda miexi.
Dak in-nhar inzerta kien is-Sibt.
10Għalhekk il-Lhud qalu lil dak li kien fieq: “Is-Sibt illum, u ma jiswiex iġġorr friexek!”
11Iżda hu weġibhom: “Dak li fejjaqni qalli, ‘Aqbad friexek u imxi.’ ”
12Huma staqsewh: “Min hu dan il-bniedem li qallek, ‘Aqbad u imxi’?”
13Iżda l-imfejjaq ma kienx jaf min kien, għax Ġesù laħaq warrab billi hemmhekk kien hemm ħafna nies.
14Wara mbagħad Ġesù sabu fit-tempju u qallu: “Ara, issa fiqt, qis li ma tidnibx iżjed, biex ma tiġrilikx xi ħaġa agħar.”
15Ir-raġel telaq u mar għand il-Lhud jagħtihom l-aħbar li kien Ġesù li fejqu.Is-setgħa tal-Iben
19Ġesù qabad u qalilhom: “Tassew tassew ngħidilkom li l-Iben ebda ħaġa ma jista’ jagħmel minn rajh jekk ma jarax lil Missieru jagħmilha; għax il-ħwejjeġ li jagħmel il-Missier, jagħmilhom l-Iben ukoll, bħalu.Xhieda għal Ġesù
30“Jiena ma nista’ nagħmel xejn minn rajja; il-ħaqq nagħmlu fuq dak li nisma’, u l-ħaqq li nagħmel jien huwa ġust, għax jien ma nfittixx ir-rieda tiegħi, imma r-rieda ta’ min bagħatni.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.