DEWTERONOMJU 9 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 9Ħarsa lejn l-imgħoddi

1“Isma’, o Iżrael, illum int se taqsam il-Ġordan biex tirbaħ ġnus ikbar u aqwa minnek, bliet kbar bi swar m’ogħla s-smewwiet;

3“Kun af illum, mela, li l-Mulej, Alla tiegħek, hu li se jgħaddi quddiemek bħal nar li jibla’; hu li se jeqridhom; hu li se jrażżanhom quddiemek, u int taqlagħhom ’il barra u teqridhom minnufih, bħalma qallek il-Mulej.

11“U ġara li fi tmiem l-erbgħin jum u l-erbgħin lejl, il-Mulej tani ż-żewġ twavel tal-ġebel, it-twavel tal-patt.

12U l-Mulej qalli: ‘Qum u fittex inżel minn hawn fuq, għax il-poplu tiegħek, li int ħriġtu mill-Eġittu, tħassar; diġà tbiegħdu mit-triq li jien ordnajtilhom; għamlu xbieha tal-metall imdewweb.’

13“U l-Mulej kellimni u qalli: ‘Jien ħarist lejn dan il-poplu u rajt li hu poplu rasu iebsa.

14Ħallini ħa neqirdu u nħassar ismu minn taħt is-smewwiet u nagħmel minnek poplu b’saħħtu u akbar minnhom.’

15“Imbagħad jien dort u nżilt minn fuq il-muntanja, hi u tħeġġeġ bin-nar, u t-twavel tal-patt f’idejja t-tnejn.

16Jien ħarist, u hemm intom, dnibtu kontra Alla tagħkom; għamiltu għoġol tal-metall imdewweb, u malajr tbegħedtu mit-triq li ordnalkom il-Mulej.

17Imbagħad qbadt iż-żewġ twavel, u waddabthom minn idejja t-tnejn, u kissirthom quddiem għajnejkom.

18U nxtħett fl-art quddiem il-Mulej, bħall-ewwel darba, għal erbgħin jum u erbgħin lejl, bla ma niekol ħobż u bla ma nixrob ilma, minħabba d-dnubiet kollha li dnibtu meta għamiltu l-ħażen f’għajnejn il-Mulej, biex tinkurlawh.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help