2 SAMWEL 21 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 21David u l-Gibgħonin

1Kien hemm l-għaks fi żmien David għal tliet snin wara xulxin, u David mar jitlob quddiem il-Mulej, u l-Mulej qallu: “Hemm id-demm fuq Sawl u d-dar tiegħu, talli qatel il-Gibgħonin.”

11U ’l David qalulu b’kulma għamlet Risfa bint Ajja, il-konkubina ta’ Sawl.

12U David mar u ġabar l-għadam ta’ Sawl u l-għadam ta’ ibnu Ġonatan mingħand in-nies ta’ Ġabes-gilgħad, li kienu ħatfuhom mill-misraħ ta’ Betsan fejn kienu dendluhom il-Filistin, meta dawn rebħu lil Sawl f’Gilbogħa.Il-ġlied mal-Filistin

15U raġa’ qam il-ġlied bejn il-Filistin u Iżrael, u David niżel bil-qaddejja tiegħu u tqabdu mal-Filistin, u David kien għajjien.

16Kien hemm Benob, wieħed minn ulied Rafa, li kellu lanza tiżen tliet mitt xekel tal-bronż u mħażżem b’xabla ġdida. Dan għamel f’rasu li joqtol lil David.

18Wara dan raġa’ qam il-ġlied mal-Filistin f’Ġob. U Sibbekaj minn Ħusa darab lil Saf, li kien minn ulied Rafa.

19Raġa’ qam il-ġlied f’Ġob mal-Filistin, u Elħanan bin Ġagħir-ġoregim minn Betlehem darab lil Gulija l-Gatti, li kellu l-għuda tal-lanza bħal motwa tan-nissieġa.

20Kien hemm ukoll il-gwerra f’Gatt, u kien hemm raġel twil b’sitt iswaba’ f’kull id u f’kull sieq, erbgħa u għoxrin b’kollox; dan ukoll kien minn nisel Rafa.

21U kien iżeblaħ lil Iżrael, imma qatlu Ġonatan bin Simgħi, ħu David.

22Dawn l-erbgħa twieldu lil Rafa f’Gatt, u mietu b’id David u b’id il-qaddejja tiegħu.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help