1[1] Malli Mordekaj sar jaf b’dak li kien għaddej, ċarrat ħwejġu u libes ilbies tax-xkejjer, xeħet l-irmied fuq rasu, u ħareġ f’nofs il-belt u beda jgħajjat għajjat kbir ta’ qsim il-qalb., meta kont nieħu ħsiebek jien, għax Ħaman, li jiġi wara s-sultan, kellmu kontrina biex jeqridna. Itlob lill-Mulej, u idħol għalina u kellem lis-sultan u eħlisna mill-mewt.’ ”
9[9] Ħatak mar u għarraf lil Ester b’kulma qallu Mordekaj.
10[10] Ester imbagħad wieġbet lil Ħatak u qaltlu x’għandu jgħid lil Mordekaj:
11[11] “Il-qaddejja tas-sultan,” qaltlu, “u l-poplu kollu tal-provinċji kollha tas-sultan jafu li kull mara jew raġel li jersaq lejn is-sultan fil-bitħa ta’ ġewwa bla ma jkun imsejjaħ, kastig wieħed hemm għalih: il-mewt, barra ’l min is-sultan imissu bix-xettru tad-deheb biex jibqa’ ħaj. U jien għal dawn l-aħħar tletin jum is-sultan ma sejjaħlix biex nersaq lejh.”
12[12] U għarrfu lil Mordekaj bil-kliem ta’ Ester.
13[13] U Mordekaj qalilhom biex iwasslu din it-tweġiba lil Ester: “La taħsibx li għax qiegħda fil-palazz tas-sultan int waħdek se tkun l-ixxurtjata minn fost il-Lhud l-oħra kollha, li se teħlisha.
14[14] Jekk int iżżomm is-skiet f’waqt bħal dan, il-Lhud għajnuna u ħelsien jiġuhom minn ximkien ieħor, imma int u dar missierek tintemmu. Min jaf jekk hux għal mument bħal dan li int ilħaqt sultana?”
15[15] U Ester qaltilhom iwasslu din it-tweġiba lil Mordekaj:
16[16] “Mur u iġbor il-Lhud kollha ta’ Susa, u sumu għalija, la tiklux u la tixorbux għal tlitt ijiem, lejl u nhar, u hekk ukoll insumu jien u t-tfajliet ta’ madwari. Imbagħad nidħol għand is-sultan, għalkemm mhux skont il-liġi, u jekk immut, immut.”Est Ċ,12-13.
17[17] Mordekaj mar u għamel bħalma ordnatlu Ester.
Kapitlu ĊWho We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.