1Jiena l-bniedem li ġarrabt l-hemm taħt ħatar qilltu.
2Lili saqni u mexxieni,
fid-dlam bla ebda dawl.
3Kontrija jdawwar u jerġa’,
il-jum kollu idejh.
4Tertaqli laħmi u ġildi,
farrakli għadmi.
5Bena madwari u dawarni
bl-imrar u l-hemm.
6Ġagħalni ngħammar fid-dlamijiet,
bħall-mejtin minn żmien il-qedem.
7Dawwarni b’ħajt li ma noħroġx;
għabbieni bi ktajjen tqal.
8Imqar jekk ngħajjat u nsejjaħ l-għajnuna,
it-talba tiegħi joħnoq.
9Imbarrali t-triq b’ġebel minġur,
għawwiġli mogħdijieti.
10Ors jissajjali kien għalija,
iljun mistoħbi.
11Ħariġni mit-triq u qattagħni bċejjeċ,
u miżerja għamel minni.
12Ġibed il-qaws tiegħu,
u waqqafni b’mira għall-vleġġa.
13Waħħalli fil-kliewi l-vleġeġ
ulied il-barżakka tiegħu.
14Sirt daħk il-poplu kollu,
l-għanja tagħhom il-jiem kollha.
15Fawwarni bl-imrar,
sakkarni bl-assenzju.
16Taħanli biż-żrar snieni,
u ġagħalni nitmiegħek fit-trab.
17Ruħi nqatgħet mis-sliem,
il-ġid insejtu.
18Jien għedt: “Marret saħħti;
hekk ukoll it-tama tiegħi fil-Mulej!”It-tama f’Alla
19Il-ħsieb ta’ hemmi u inkwieti,
assenzju u mrar!
20Tiftakar ruħi u taħseb,
u tinfena ġewwa fija.
21Dan jien nhewden f’qalbi,
biex b’hekk nittama.
22Il-ħniena tal-Mulej bla tmiem;
tjubitu ma tonqos qatt.
23Jiġġeddu kull filgħodu,
kbira l-fedeltà tiegħek.
24“Sehmi hu l-Mulej,” tgħid ruħi,
“għalhekk nittama fih.”
25Tajjeb il-Mulej ma’ min jistennieh,
mar-ruħ li tfittxu.
26Tajjeb min jistenna fis-skiet,
is-salvazzjoni tal-Mulej;
27tajjeb għall-bniedem li jerfa’
l-madmad sa minn żgħożitu,
28li joqgħod waħdu u sieket,
meta jgħabbihulu l-Mulej;
29li qiegħed ħalqu fit-trab,
għandu mnejn jifdal xi tama;
30li jagħti ħaddejh lil min isawtu,
li jimtela biż-żebliħ.
31Għax ma jarmix għal dejjem,
lill-bniedem il-Mulej.
32Għaliex jekk hu jgħakkes
iħenn skont il-kotra ta’ tjubitu;
33għax mhux minn qalbu jgħakkes,
jew iweġġa’ qalb il-bniedem.
34Li xi ħadd jisħaq taħt riġlejh
l-ilsiera kollha tal-art;
35li tgħawweġ id-dritt ta’ bniedem
quddiem wiċċ l-Għoli;
36li tqarraq bi bniedem fil-kawża tiegħu,
dan il-Mulej ma japprovahx.
37Min qatt tkellem u seħħet kelmtu,
kieku Sidi ma ordnahiex?
38Mhux minn fomm l-Għoli,
joħroġ id-deni u l-ġid?
39Għala l-bniedem ħaj igerger,
għall-kastig ta’ dnubu?Nersqu lejn Alla
40Ngħarblu triqatna u nifluhom,
u nerġgħu lura għand il-Mulej.
41Ħa ngħollu qlubna u idejna,
lejn Alla fis-smewwiet.
42Aħna dnibna u rvellajna,
u int ma ħfirtilniex.
43Int tlibbist bl-għadab,
u ġrejt warajna.
Qtiltna bla ma ħennejt.
44Instart fi sħaba,
biex it-talb ma jaqbiżhiex.
45Int għamiltna ż-żibel,
l-iskart tal-ġnus.
46Ħalqhom fetħu għalina,
l-għedewwa tagħna lkoll.
47Biża’ u ħofra kien hemm għalina,
qerda u tkissir.
48Gliegel ta’ dmugħ ċarċru minn għajnejja
għat-tifrik ta’ bint il-poplu tiegħi.
49Għajni ddemma’ bla ma tehda,
ma tridx tistrieħ,
50qabel ma jixref il-Mulej
mis-sema u jara.
51Għajnejja jweġġgħuli qalbi,
minħabba x-xorti ta’ bniet belti.
52Nasbuli bħal għasfur
l-għedewwa tiegħi għal xejn.
53Xeħtuni ħaj ġol-bir,
u waddbu l-ħaġar fuqi.
54L-ilmijiet laħqu ’l fuq minn rasi,
u għedt: “Jien spiċċajt.”
Għajta għall-vendetta55Jien sejjaħt ismek, Mulej,
minn qiegħ il-bir.
56Int smajt leħni: “La ssoddx widnejk
għall-għajta tiegħi għall-għajnuna.”
57Meta jien sejjaħtlek, int qrobt lejja,
u għedtli: “La tibżax.”
58Int ħadt il-kawża tiegħi,
u fdejtli ’l ħajti.
59Int rajt id-deni li ġarrabt, Mulej;
għamel ħaqq miegħi.
60Rajt int il-vendikazzjoni tagħhom,
ta’ dawk li jmorru kontrija.
61Int smajt biż-żebliħ tagħhom,
u bit-tnassis tagħhom kontrija.
62Xufftejn dawk li qamu għalija u ħsibijiethom,
il-jum kollu mhumiex ħlief kontrija.
63Arahom, meta joqogħdu jew iqumu,
jien l-għanja tagħhom.
64Agħtihom li ħaqqhom Mulej,
skont għemil idejhom.
65Webbsilhom qalbhom,
ixħet is-saħta tiegħek fuqhom.
66Agħmel għal warajhom fl-għadab tiegħek,
eqridhom minn taħt is-sema,
O Mulej!”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.