BIN SIRAK 3 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 3Id-dmirijiet lejn il-ġenituri

1Uliedi, isimgħu minni, jien missierkom;

agħmlu kif ngħidilkom jien biex issalvaw.

2Għax il-Mulej għolla l-missier fuq it-tfal,

u saħħaħ dritt l-omm fuq l-ulied.

3Min jibża’ minn missieru jagħmel tajjeb għal dnubietu,

4u min iweġġaħ lil ommu qisu qed jiġma’ f’teżor.

5Min jibża’ minn missieru jifraħ b’uliedu, u meta jitlob jinstama’.

6Min iweġġaħ ’il missieru jkollu għomor twil,

u min iserraħ lil ommu jkun qed jisma’ mill-Mulej.

7Hu jaqdi l-ġenituri daqskieku sidienu.

8Bil-kliem u bl-għemil weġġaħ lil missierek,

ħa tinżel fuqek il-barka tiegħu;

9għax il-barka tal-missier issaħħaħ dar l-ulied,

imma s-saħta tal-omm taqlagħha mis-sisien.

10Titkabbarx b’għajb missierek,

għax għajb missierek mhuwiex ġieħ għalik;

11għax ftaħir il-bniedem hu l-ġieħ ta’ missieru,

u għajb l-ulied omm bla ġieħ.

12Ibni, ieqaf ma’ missierek fi xjuħitu,

u matul ħajtu tweġġagħlux qalbu.

13Ukoll jekk moħħu jeħfief, għadru,

u tonqsux mill-ġieħ meta għadek b’saħħtek,

14għax il-ħniena ma’ missierek ma tintesiex,

imma tingħaddlek bi ħlas għal dnubietek.

15F’jum l-għawġ tiegħek il-Mulej jiftakar fik,

u hekk jgħibu dnubietek bħal ġlata fix-xemx.

16Daqs midgħi min jitlaq lil missieru waħdu,

u misħut mill-Mulej min jgħaddab lil ommu.L-umiltà

17Ibni, kun ġwejjed fix-xogħol li tagħmel,

u tkun maħbub iktar minn wieħed milqugħ min-nies.

18Akbar m’int, iktar għandek iċċekken ruħek,

u ssib grazzja quddiem il-Mulej.

19Ħafna huma l-imkabbrin u l-imsebbħin,

imma l-Mulej jikxef lill-umli l-misteri tiegħu.

20Għax kbira hi s-setgħa tal-Mulej,

imma hu msebbaħ min-nies umli.

21Tfittixx dak li hu tqil wisq għalik,

dak li ma tiflaħx għalih, tistħarrġux.

22Ikun moħħok f’dak li tqabbadt tagħmel,

għax il-mistur xejn ma jiswielek.

23Tidħolx għal xogħol li mhuwiex tiegħek,

għax ukoll dak li tgħallimt jisboq moħħ il-bniedem.

24Għax ħafna marru żmerċ minħabba fil-ġudizzji li għamlu,

u żelqu fi ħsibijiethom minħabba fehma żbaljata.

25 Jekk m’għandekx għajnejn jonqsok id-dawl,

jekk m’għandekx l-għerf toqgħodx tiftaħar.

Il-kburija

26Min hu qalbu iebsa fl-aħħar jispiċċa ħażin,

u min iħobb it-tiġrib jintilef fih.

27Min hu qalbu iebsa jitgħabba bl-inkwiet,

u l-midneb iżid dnub fuq dnub.

28M’hemmx duwa għall-bniedem kollu kburija,

għax din ħaxixa ħażina b’għeruqha mxenxla fih.

29Min għandu l-għerf jifhem il-proverbji

u l-għaref ħerqan li jkollu min jisimgħu.Il-karità mal-foqra

30L-ilma jitfi nar iħeġġeġ,

u l-karità tagħmel tajjeb għad-dnubiet.

31Min irodd bil-karità jaħseb għal quddiem,

u meta jaqa’ jsib fuqiex jistrieħ.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help