EŻODU 32 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 32L-għoġol tad-deheb

1Il-poplu, meta ra li Mosè ddawwar ma niżel minn fuq il-muntanja, inġabar madwar Aron u qallu: “Qum u agħmlilna allat li jimxu quddiemna, għax dan Mosè, il-bniedem li tellagħna mill-art tal-Eġittu, ma nafux x’sar minnu.”

2Aron weġibhom: “Neħħu l-imsielet tad-deheb li hemm imdendlin ma’ widnejn in-nisa tagħkom u ta’ wliedkom, subien u bniet, u ġibuhomli.”

3U l-poplu kollu neħħa l-imsielet tad-deheb li kellhom f’widnejhom, u ġabuhom lil Aron.

4U ħadhom minn idejhom, xeħethom fil-forma, u għamel għoġol tal-metal imdewweb. U qalu: “Dawn huma l-allat tiegħek, ja Iżrael, li tellgħuk mill-art tal-Eġittu.”

7Il-Mulej qal lil Mosè: “Mur u inżel, għaliex tħassar il-poplu tiegħek, li inti tellajt mill-Eġittu.

11Mosè mbagħad talab bil-ħniena quddiem il-Mulej, Alla tiegħu, u qal: “Għaliex, Mulej, tixgħel bil-korla tiegħek għall-poplu tiegħek, li int, b’ħila kbira u b’id qawwija, ħriġtu mill-art tal-Eġittu? lil ħutkom; u ġbidtu llum il-barka fuqkom.”Mosè jitlob għall-poplu

30L-għada Mosè kellem lill-poplu u qallu: “Għamiltu dnub kbir. Issa nitla’ ħdejn il-Mulej, għandi mnejn naqlgħalkom il-maħfra.”Dt 9,18-20.

31Għalhekk Mosè raġa’ mar għand il-Mulej u qallu: “Ah! dan il-poplu għamel dnub kbir, għax għamlu alla tad-deheb.

32Issa, jekk trid taħfrilhom, aħfrilhom; imma jekk ma taħfrilhomx ħassarni mill-ktieb li inti ktibt.”Dan 12,1; Rum 9,3; Apk 20,12.

33Il-Mulej wieġeb lill-Mosè: “Mill-ktieb tiegħi nħassar lill-bniedem li jidneb.

34Mur issa, mexxi lill-poplu għal fejn għedtlek. Ara, l-anġlu tiegħi jimxi quddiemek; iżda jasal jum meta nżurhom u nikkastigahom għal dnubiethom.”Eż 3,16; 23,1-6.20; Num 10,11-13.

35U l-Mulej darab il-poplu talli għamel l-għoġol li kien sawwarlu Aron.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help