1Hallelujah!
Għannu lill-Mulej għanja ġdida:
fil-ġemgħa ta’ ħbiebu t-tifħir tiegħu!
2Ħa jifraħ Iżrael bil-Ħallieq tiegħu,
u jithennew ulied Sijon bis-sultan tagħhom!
3Ħa jfaħħru biż-żfin l-isem tiegħu,
bid-daqq tat-tanbur u taċ-ċetra!
4Għax il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu,
u jsebbaħ lill-fqajrin bir-rebħa.
5Bil-glorja jithennew ħbiebu,
u jaqbżu bil-ferħ fuq friexhom!
6It-tifħir ta’ Alla jkun fuq fommhom,
u sjuf b’żewġt ixfar f’idejhom,
7biex jistgħu jitħallsu mill-ġnus,
u jagħtu l-kastig lill-popli,
8jorbtu bil-ktajjen is-slaten tagħhom,
bi rbit tal-ħadid il-kbarat tagħhom,
9jagħmlu minnhom il-ħaqq miktub għalihom;
dan hu ġieħ għall-ħbieb tiegħu kollha.
Hallelujah!
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.