1U hekk intemmu s-sema u l-art bit-tagħmir kollu tagħhom.
4Dan hu nisel is-sema u l-art fil-ħolqien tagħhom.
Il-bniedem fl-GħedenMeta Alla ħalaq l-art u s-sema; mit-trab tal-art u nefaħlu fi mnifsejh nifs il-ħajja, u l-bniedem sar ħlejqa ħajja.
8U l-Mulej Alla ħawwel ġnien fl-Għeden, in-naħa tal-Lvant, u qiegħed hemm il-bniedem li kien sawwar.
10U kien hemm xmara ħierġa mill-Għeden u ssaqqi l-ġnien; u minn hemm kienet tinqasam f’erbat irjus.
11L-ewwel waħda kien jisimha Pison, hi li ddur mal-art kollha ta’ Ħawila, fejn hemm id-deheb -
12u d-deheb ta’ din l-art hu sabiħ, u hemm ukoll gomma tfuħ u ħaġar tal-oniċi.
13U t-tieni kien jisimha Giħon, li ddur mal-art kollha ta’ Kus.
14U t-tielet kien jisimha Tigri, li kienet tgħaddi n-naħa tal-Lvant tal-Assirja; u r-raba’ xmara kienet l-Ewfrat.
15U l-Mulej Alla ħa lill-bniedem u qiegħdu fil-ġnien tal-Għeden biex jaħdmu u jħarsu.
18U l-Mulej Alla qal: “Mhux sewwa li l-bniedem jibqa’ waħdu. Ħa nagħmillu għajnuna tgħodd għalih..”
24Għalhekk ir-raġel iħalli lil missieru u lil ommu u jingħaqad ma’ martu u jsiru ġisem wieħed.Mt 19,5; Mk 10,7-8; 1 Kor 6,16; 7,10-11; Ef 5,31.
25U t-tnejn kienu għerja, ir-raġel u martu, u ma kinux jistħu minn xulxin.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.