1Salm ta’ wlied Koraħ. Għanja.
Il-Mulej bena ’l Sijon fuq l-għoljiet imqaddsa;
2hu jħobb il-bibien tagħha
aktar mill-għamajjar kollha ta’ Ġakobb.
3O belt ta’ Alla,
ħwejjeġ sbieħ hu jgħid fuqek:
4“Ngħodd ’il Raħab u ’l Babilonja
ma’ dawk li jagħrfuni.
Araw, in-nies tal-Filistja, Tir u l-Etjopja,
dawn twieldu hemm!”
5U għal Sijon jingħad:
“Ilkoll, il-wieħed u l-ieħor, twieldu fiha!
U Alla l-Għoli nnifsu jwettaqha f’postha.”
6Jikteb il-Mulej fil-ktieb tal-popli:
“Dan twieled hemm!”
7U jgħannu, huma u jiżfnu,
dawk kollha li jgħammru fik.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.