EŻODU 2 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 2It-twelid ta’ Mosè

1Kien hemm raġel mit-tribù ta’ Levi, li ħa b’martu lil waħda min-nisel ta’ Levi., “għax,” qalet, “salvajtu mill-ilma.”Mosè f’Midjan

11Darba waħda Mosè, meta kiber, mar ħdejn ħutu u ra x-xogħol iebes tagħhom, u lemaħ lil wieħed Eġizzjan isawwat lil wieħed mill-Għebrej ħutu.

12Dar u ħares madwaru, ra li ma kien hemm ħadd, qatel l-Eġizzjan, u difnu fir-ramel.

13L-għada raġa’ ħareġ u ra żewġt irġiel Għebrej jiġġieldu; u qal lill-ħati: “Għala qiegħed taħbat għal sieħbek?”

14U dan wieġbu: “Min qiegħdek kap u mħallef fuqna? Jaqaw trid toqtolni bħalma qtilt l-Eġizzjan?” Mosè beża’ u qal: “Mela jafu b’din il-ħaġa.”

16Il-qassis ta’ Midjan kellu sebat ibniet; u dawn ġew jimlew l-ilma u mlew il-ħwat biex jisqu l-merħla ta’ missierhom., staqsiehom: “Kemm ġejtu kmieni llum? Għaliex?”

19U huma weġbuh: “Wieħed Eġizzjan ħelisna minn idejn ir-rgħajja u mlielna hu wkoll u sqielna n-nagħaġ.”

20Missierhom staqsiehom: “Fejn hu? Għaliex ħallejtuh hemm lil dan ir-raġel? Sejħulu biex jiekol biċċa ħobż magħna.”

21Mosè għoġbu li joqgħod ma’ dak ir-raġel; u dan tah lil bintu Siffora b’martu.

22Din kellha tifel u semmietu Gersum; “għax,” qal Mosè, “jien stranġier f’art barranija.”

23Għadda ż-żmien u miet is-sultan tal-Eġittu; u wlied Iżrael bdew jitniehdu taħt il-jasar u jgħajtu. L-għajjat tagħhom mill-jasar wasal sa għand Alla.Eż 3,7-9; Dt 26,7.

24U Alla sama’ l-krib tagħhom u ftakar fil-patt tiegħu ma’ Abraham, ma’ Iżakk u ma’ Ġakobb.Eż 6,5; S 105,8-9; 106,44-46; Atti 7,34.

25Alla xeħet ħarstu fuq ulied Iżrael u ra f’liema stat kienu.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help