2 SAMWEL Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb - Maltese Bible with DC

Ħarsa ħafifa lejn il-ktiebIl-ktieb ta’ Samwel, kien oriġinarjament wieħed. Insibuh maqsum fi tnejn għaliex kien twil wisq biex joqgħod f’parċmina waħda. Hekk, mela, għandna l-Ewwel u t-Tieni Ktieb ta’ Samwel.Wara l-mewt ta’ Sawl, li għalqet l-ewwel ktieb, it-tribù ta’ Ġuda, għażlu lil David bħala s-sultan tagħhom. Tul is-seba’ snin ta’ wara, David u Isboset, bin Sawl u sultan fuq Iżrael, kienu fi gwerra kontinwa. Iżda, skont il-wegħda ta’ Alla, David sar sultan tan-nazzjon kollu, biex hekk Ulied Iżrael saru ġens wieħed.David għażel ’il Ġerusalemm biex tkun il-belt kapitali tan-nazzjon il-ġdid, u kif kien xieraq, ġab hemmhekk l-Arka tal-Patt. Xtaq kieku li jibni tempju lill-Mulej, fejn setgħet tinżamm l-Arka tal-Patt, u biex Alla jkollu l- “palazz” tiegħu fil-qalba tal-pajjiż. Iżda Alla kellu pjani oħra għal David: riedu li jkun mexxej setgħan li mid-dar tiegħu dejjem joħroġ sultan. U mexxej setgħan kien tassew, għaliex tul il-ħakma tiegħu ta’ madwar erbgħin sena, David bena bħal imperu żgħir.Minkejja li David jibqa’ jissemma għall-imħabba tiegħu lejn Alla, hu wkoll naqas mill-fedeltà tiegħu lejh. Id-dgħufija umana tiegħu tidher fil-ġrajja ta’ mħabba li nibtet f’qalbu għal Batseba, li wasslitu li jfassal pjan qarrieqi biex jeħles minn żewġha. Minkejja li għaraf ħtijietu, permezz tal-Profeta Natan, u nidem minnhom, il-ġustizzja ta’ Alla laħqitu fi snin ta’ inkwiet kbir fi ħdan il-familja tiegħu. Il-ġrajja ta’ dawn is-snin fil-ħajja ta’ David hija miżgħuda bi skandli u taqtigħ il-qalb.Madankollu, David qatt ma warrab lil Alla ta’ missirijietu biex idur lejn idoli. Il-qima tiegħu lejn Alla ma ċediet qatt. Il-ġustizzja ta’ Alla hawn ukoll uriet ruħha tajjeb fl-istorja ta’ David. Hekk kif kien wiegħdu, Alla ppermetta li dejjem joħroġ sultan mid-dar ta’ David, sakemm is-Saltna ta’ Ġuda baqgħet sħiħa.Lilek imbagħad il-Mulej jagħtik kelma li jibnilek dar. U meta inti ttemm żmienek, u tkun straħt ma’ missirijitek, jien inqajjem nislek warajk; nisel ħiereġ mill-ġewwieni tiegħek, u nsaħħah is-saltna tiegħu… Jien inkun għalih missier, u hu jkun għalija iben (7,11-14).It-taqsim tal-ktiebIl-ħakma ta’ David fuq Ġuda (1,1—4,12)Il-ħakma ta’ David fuq Iżrael (5,1—24,25)L-ewwel snin (5,1—10,19)David u Batseba (11,1—12,25)Inkwiet u diffikultajiet (12,26—20,26)L-aħħar snin (21,1—24,25)
Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help