1Xħin waslu qrib Ġerusalemm u ġew quddiem Betfaġe lejn l-Għolja taż-Żebbuġ, Ġesù bagħat żewġ dixxipli
2u qalilhom: “Aslu sar-raħal biswitkom; u minnufih issibu ħmara marbuta u felu ħdejha; ħolluhom u ġibuhomli.
3Jekk xi ħadd jgħidilkom xi ħaġa, weġbuh, ‘Il-Mulej jeħtieġhom, u malajr jerġa’ jibgħathom lura.’
4Dan ġara biex iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta, meta qal,
5 ‘Għidu lil bint Sijon:
Ara, is-Sultan tiegħek ġej għandek,
ġwejjed, riekeb fuq ħmara
u fuq felu, ferħ ta’ bhima tat-tagħbija.’
6Id-dixxipli marru u għamlu kif ordnalhom Ġesù;
7ġiebu l-ħmara u l-felu, qiegħdu fuqhom l-imnatar tagħhom, u hu qagħad fuqhom.
8Għadd kbir ta’ nies firxu l-imnatar tagħhom fit-triq, waqt li oħrajn qatgħu xi friegħi mis-siġar u ferrxuhom mat-triq.
9Il-folol li kienu miexja quddiem u dawk li kienu miexja wara bdew jgħajtu u jgħidu:
“Hosanna lil Bin David!
Imbierek min ġej f’isem il-Mulej!
Hosanna fl-ogħla tas-smewwiet!”
10Meta mbagħad daħal Ġerusalemm, il-belt kollha tqanqlet. “Dan min hu?” bdew jgħidu.
11U l-folol weġbuhom: “Dan hu l-profeta Ġesù minn Nazaret tal-Galilija.”
Il-qdusija tat-tempju(Mk 11,15-19; Lq 19,45-46; Ġw 2,13-22)12Ġesù daħal fit-tempju, qabad ikeċċi ’l barra l-bejjiegħa u x-xerrejja kollha li kien hemm fit-tempju, u qaleb l-imwejjed tas-sarrafa tal-flus u s-siġġijiet ta’ dawk li kienu jbigħu l-ħamiem.
13U qalilhom: “Hemm miktub li
‘Dari dar it-talb tissejjaħ’.
Intom, imma, għamiltuha għar tal-ħallelin!”
14Resqu lejh xi għomja u zopop fit-tempju, u hu fejjaqhom.
15Il-qassisin il-kbar u l-kittieba ma felħux jissaportu meta raw l-għeġubijiet li kienu qegħdin isiru u lit-tfal fit-tempju jgħajtu u jgħidu, ‘Hosanna lil Bin David!’
int ħejjejt tifħir għalik?”
17U ħalliehom hekk; ħareġ barra mill-belt, mar Betanja, u għadda l-lejl hemmhekk.
Is-siġra tat-tin misħuta(Mk 11,12-14.20-24)18Filgħodu, xħin kien sejjer lura lejn il-belt, ħadu l-ġuħ.
19Ra siġra tat-tin mal-ġenb tat-triq, mar ħdejha, u ma sabilha xejn ħlief weraq. U qalilha: “Qatt iżjed ma joħroġ frott minnek għal li ġej!” U dak il-ħin stess is-siġra nixfet.Il-Lhud jistaqsu dwar is-setgħa ta’ Ġesù(Mk 11,27-33; Lq 20,1-8)
23Daħal fit-tempju, u, waqt li kien qiegħed jgħallem, resqu fuqu l-qassisin il-kbar u x-xjuħ tal-poplu u qalulu: “Int b’liema setgħa qiegħed tagħmel dan kollu? U min tahielek din is-setgħa?”
24U Ġesù qalilhom: “Ħa nagħmlilkom mistoqsija waħda jien ukoll: jekk tweġbuni għaliha, jien ukoll ngħidilkom b’liema setgħa qiegħed nagħmel dan kollu.
25Il-magħmudija ta’ Ġwanni minn fejn kienet ġejja, mis-sema jew mill-bnedmin?” Dawk bdew jirraġunaw bejniethom u jgħidu: “Jekk inweġbuh, ‘Mis-sema,’ jgħidilna, ‘Mela għaliex ma emmintux?’Il-parabbola tal-għalqa u l-bdiewa(Mk 12,1-12; Lq 20,9-19)
33“Isimgħu parabbola oħra: Kien hemm wieħed, sid ta’ għalqa, u ħawwilha bid-dwieli; tellgħalha ħajt tas-sejjieħ madwarha, ħaffer magħsar fiha, u bnielha torri; u qabbilha lil xi bdiewa. U siefer f’art oħra.
saret il-ġebla tax-xewka;
bis-saħħa tal-Mulej seħħ dan:
ħaġa tal-għaġeb f’għajnejna’?
43Għalhekk ngħidilkom li s-Saltna ta’ Alla tittieħed mingħandkom u tingħata lil ġens li jagħmel il-frott minnha.
44U min jaqa’ fuq din il-ġebla jitfarrak, u fuq min taqa’ tgħaffġu taħtha!”
45Meta semgħu l-parabboli tiegħu l-qassisin il-kbar u l-Fariżej fehmu li hu kien qiegħed jgħid għalihom.
46Huma riedu kieku jaqbduh taħt idejhom, imma beżgħu min-nies, għax kulħadd kien iżommu bi profeta.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.