SALMI 32 - Maltese Bible with DC

Salm 32L-hena ta’ min jaqla’ l-maħfra

1Ta’ David. Maskil.

2Hieni l-bniedem li ħtijietu maħfura,

li għandu d-dnub tiegħu mistur!

Hieni l-bniedem li ebda ħażen ma jgħoddlu l-Mulej,

u ma għandu ebda qerq f’qalbu!

3Jien bqajt sieket, u nfena ġismi,

jiena u nokrob il-jum kollu.

4Għax lejl u nhar it-toqol ta’ idek fuqi;

saħħti nfniet bħal bis-sħana tas-sajf.

5Id-dnub tiegħi jien stqarrejtlek,

u l-ħażen tiegħi ma ħbejthulekx.

Jien għedt: “Quddiem il-Mulej nistqarr ħtijieti.”

U int ħfirtli l-ħażen tad-dnub tiegħi.

6Għalhekk kull min hu twajjeb

lilek jitlob fi żmien in-niket.

Jekk ifuru ilmijiet kotrana, lilu qatt ma jilħquh.

7Int kenn għalija, mit-taħbit tħarisni,

iddawwarni u tferraħni bil-ħelsien tiegħek.

8Ngħallmek u nurik it-triq li għandek tieħu;

inwissik, u nżomm għajnejja fuqek.

9Tkunux bla sens bħaż-żiemel u l-bagħal,

li bil-lġiem u r-riedni trażżanhom,

biex jirnexxilek tiġbidhom lejk.

10Ħafna huma t-tbatijiet tal-ħżiena;

iżda min jittama fil-Mulej jitħaddan bil-ħniena.

11Ifirħu, twajbin, u thennew fil-Mulej;

għajtu bil-ferħ, intom ilkoll ta’ qalbkom safja.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help