ĠEREMIJA 20 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 20Ġeremija mixħut fil-ħabs

1U Pasħur bin Immer, il-qassis, kap tal-għassiesa fit-tempju tal-Mulej, sama’ lil Ġeremija jħabbar dan kollu..’Il-karba tal-Profeta

7Qarraqtni, Mulej, u jien tqarraqt:

kont aqwa minni, u għelibtni.

Jien sirt id-daħka ta’ kuljum,

kulħadd jiddieħak bija.

8Kull meta niġi biex nitkellem, jien ngħajjat,

u nxandar, ‘Moħqrija u ħsara!’

Il-kelma tal-Mulej saret għalija

tagħjir u tmaqdir kuljum.

9U jien għedt: ‘Ma nsemmihx aktar,

ma nitkellimx aktar f’ismu.’

Iżda f’qalbi hemm bħal nar jaqbad,

magħluq f’għadmi.

Għejejt inżommu magħluq ġo fija,

ma niflaħx aktar għalih.

10Ma nismax ħlief taqsis il-kotra;

biża’ madwari kollu!

“Ixluh! Ħa nixluh!”

Jgħajtu saħansitra ħbiebi kollha,

jfittxu l-qerda tiegħi:

“Għandu mnejn jitqarraq u negħlbuh,

ta’ kollox nitħallsu minnu!”

11Il-Mulej miegħi bħal raġel qalbieni,

għalhekk dawk li jagħmlu għalija

jogħtru, ma jagħmlu xejn,

jitħawdu bis-sħiħ,

għax ħsiebhom ma jseħħx;

għajb għalihom li ma jintesa qatt.

12Int, Mulej tal-eżerċti, li ġġarrab il-ġust,

li tara l-ġewwieni u l-qalb,

ħallini nara l-vendetta tiegħek kontrihom,

għax f’idejk ħallejt il-kawża tiegħi.

13Għannu lill-Mulej, faħħru lill-Mulej,

għaliex ħajjet l-imsejken ħelisha minn id il-ħżiena.

14Saħta fuq il-jum li fih twelidt,

ebda barka fuq il-jum li fih wilditni ommi!

15Saħta fuq ir-raġel li ħabbar lil missieri, u qallu:

“Twelidlek tifel,”

u mlieħ fil-ferħ.

16Ħa jkun dar-raġel bħall-ibliet,

li ġarrafhom il-Mulej bla ma sogħob bih;

ħa jisma’ l-għajjat filgħodu u t-twerżiq f’nofsinhar.

17Għax ma tanix il-mewt f’ġuf ommi?

Kienet tkun ommi l-qabar tiegħi

u jibqa’ ġufha bit-tqala għal dejjem.

18Għaliex ħriġt mill-ġuf,

biex nara t-taħbit u t-tbatija,

u ntemm jiemi fl-għajb?

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help