LHUD 4 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 4

1Ħa jkollna mela l-biża’ li, waqt li l-wegħda li nidħlu fil-mistrieħ tiegħu għadha hemm, ma jkunx hemm xi ħadd minnkom li jibqa’ lura.

2Għax aħna wkoll, bħalhom irċevejna l-aħbar it-tajba. Imma lilhom ma switilhom xejn il-kelma li semgħu, għax meta semgħuha ma emmnux.

3Aħna, li nemmnu, nidħlu fil-mistrieħ, kif qal hu:

“Hekk ħlift fl-għadab tiegħi,

‘Ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħi.’ ”

Madankollu l-għemil ta’ Alla kien mitmum fil-ħolqien tad-dinja,

4kif jingħad x’imkien fl-Iskrittura fuq is-seba’ jum: “Strieħ Alla fis-seba’ jum mix-xogħol kollu tiegħu.”

la twebbsux qalbkom.”

8Kieku kien Ġożwè li tahom il-mistrieħ, Alla ma kienx jitkellem minn jum wara dan..

12Il-kelma ta’ Alla hi ħajja u qawwija, taqta’ aktar minn xabla b’żewġt ixfar; hija tinfed sa tifred minn xulxin ir-ruħ u l-ispirtu u l-ġogi u l-mudullun; u tgħarbel il-ħsibijiet u l-fehmiet tal-qalb.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help