1Issa nistaqsi jien, “Forsi Alla ċaħad il-poplu tiegħu?” Żgur li le! Għax jien ukoll Iżraeli, min-nisel ta’ Abraham, mit-tribù ta’ Benjamin..” bis-saħħa tal-grazzja, mela mhux aktar bis-saħħa tal-opri; inkella l-grazzja ma tibqax aktar grazzja.
7Xi ngħidu, mela? Il-poplu ta’ Iżrael ma sabx dak li kien ifittex, iżda dawk li kienu magħżula sabuh; il-bqija webbsu rashom
għajnejn biex ma jarawx,
widnejn biex ma jisimgħux,
sal-ġurnata tal-lum.”
9U David iżid:
“Jalla tkun il-mejda tagħhom nasba u nassa,
it-tfixkil u l-ħlas li ħaqqhom.
10 Ħalli jiddallmu għajnejhom biex ma jarawx;
u lwielhom daharhom għal dejjem.”
Is-salvazzjoni tal-pagani11Mela, ngħid jien, jaqaw tfixklu biex waqgħu għal kollox? Żgur li le! Imma bis-saħħa tal-ħtija tagħhom waslet is-salvazzjoni għand il-pagani biex il-Lhud tiġihom l-għira għalihom..
13U issa ngħid lilkom il-pagani. Sakemm jiena appostlu tal-pagani nibqa’ nagħmel ġieħ lill-ministeru tiegħi,
14bit-tama li nqajjem l-għira ta’ ġensi u hekk insalva lil xi wħud minnhom.
15Għax jekk it-tkeċċija tagħhom ġiebet il-ħbiberija tad-dinja ma’ Alla, l-ilqugħ tagħhom mill-ġdid xi jkun ifisser, jekk mhux ħajja mill-imwiet?
16Jekk l-ewwel frott hu mqaddes, hekk ukoll hi l-għaġna kollha; u jekk hu mqaddes l-għerq, hekk ukoll huma l-friegħi.
17Jekk xi wħud mill-friegħi tqaċċtu, int li int żebbuġa selvaġġa, li kont imlaqqam fuqhom u taqsam magħhom l-għerq u terda’ s-sustanza taż-żebbuġa,
ineħħi l-ħażen minn Ġakobb.
27 U dan ikun il-patt tiegħi magħhom:
meta nneħħilhom dnubiethom.”
28Skont l-Evanġelju huma għedewwa minħabba fikom; skont l-għażla huma maħbuba minħabba missirijiethom.
Alla ma jiħux lura d-doni tiegħu29Alla ma jreġġax lura d-doni u s-sejħa tiegħu.
30Bħalma fl-imgħoddi intom ma kontux tobdu lil Alla, imma issa sibtu l-ħniena tiegħu minħabba d-diżubbidjenza tagħhom;
31hekk huma wkoll mhumiex jobduh minħabba l-ħniena li sibtu intom mingħandu, ħalli issa huma wkoll isibu l-ħniena.
32Għax Alla ħalla ’l kulħadd fil-jasar tad-diżubbidjenza, biex jagħmel ħniena ma’ kulħadd.
33Kemm huma kbar l-għana, l-għerf u l-għaqal ta’ Alla! Kemm tassew ħadd ma jista’ jgħarbel il-ġudizzju tiegħu u jifhem it-triqat tiegħu!
34 Għax min qatt għaraf moħħ il-Mulej?
Min qatt kien il-kunsillier tiegħu?
35 Min qatt tah l-ewwel biex jistħoqqlu l-ħlas?
36Kollox ġej minnu, kollox permezz tiegħu, kollox għalih. Lilu l-glorja għal dejjem ta’ dejjem. Ammen!
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.