1Salm. Innu għad-Dedikazzjoni tat-Tempju. Ta’ David.
2Ngħollik, Mulej, għax erfajtni,
u ma ferraħtx l-għedewwa tiegħi bija.
3Mulej, Alla tiegħi, jien sejjaħtlek;
sejjaħtlek, u int fejjaqtni.
4Mulej, tellajtli mill-mewt ’il ruħi,
ħlistni minn fost dawk li jinżlu fil-ħofra.
5Għannu lill-Mulej, ħbieb tiegħu,
faħħru l-isem imqaddes tiegħu.
6Għax ftit iddum is-saħna tiegħu,
iżda għomor sħiħ l-imħabba tiegħu.
Filgħaxija jidħol il-biki,
filgħodu jidwi l-għajjat ta’ ferħ.
7Mela jien għedt fl-aħjar tiegħi:
“Żgur li qatt ma niċċaqlaq!”
8Mulej, bil-pjaċir tiegħek
fuq muntanja qawwija qegħedtni;
imbagħad ħbejt wiċċek minni,
u jien tħawwadt għalkollox.
9Lilek sejjaħt, Mulej;
lil Sidi tlabt il-ħniena.
10X’tieħu int jekk inkun mejjet,
jekk jiena ninżel fil-qabar?
Se jfaħħrek forsi t-trab?
Se jxandar il-fedeltà tiegħek?
11Ismagħni, Mulej, u ħenn għalija;
kun, Mulej, l-għajnuna tiegħi.
12Int bdilt fi żfin l-għali tiegħi,
neżżajtni min-niket, bil-ferħ ħażżimtni.
13Għalhekk ruħi tgħannilek bla heda;
Mulej, Alla tiegħi, infaħħrek għal dejjem!
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.