1U ġietni l-kelma tal-Mulej u qalli:
2“O bniedem, għid lill-prinċep ta’ Tir:
Dan jgħid Sidi l-Mulej:
Int tkabbart f’qalbek u għedt:
‘Jien alla!
Jien qiegħed fuq tron l-allat,
f’nofs l-ibħra,’
meta m’intix ħlief bniedem, u mhux alla;
u ħsibt li għerfek hu għerf l-allat.
3Arak! int egħref minn Danjel,
ebda moħba mhi mistura għalik:
4b’għerfek u b’dehnek int stagħnejt,
ħżint deheb u fidda fit-teżori tiegħek.
5Bl-għerf kbir tiegħek u bil-kummerċ tiegħek
kattart ġidek,
u qalbek tkabbret b’dan il-ġid.
6Għalhekk dan jgħid Sidi l-Mulej:
Talli ħsibt li għerfek hu għerf l-allat,
7arani, se nġib fuqek il-barranin,
l-aktar nies ħorox fost il-popli,
jisiltu x-xwabel tagħhom
kontra ġmiel għerfek,
u jżebilħulek sebħek.
8Iniżżluk fil-ħofra,
u tmut il-mewta iebsa
tal-midrubin f’nofs ta’ baħar.
9Tibqa’ tgħid imbagħad: ‘Jien alla,’
quddiem il-qattiela tiegħek,
meta m’intix ħlief bniedem, u mhux alla,
f’idejn dawk li jidorbuk?
10Int tmut il-mewt ta’ nies bla ħtin,
f’idejn il-barranin
Għax jien tkellimt.”
Oraklu ta’ Sidi l-Mulej.
Il-prinċep ta’ Tir11U ġietni l-kelma tal-Mulej, u qalli:
12“O bniedem, għanni lamentazzjoni għas-sultan ta’ Tir u għidlu:
‘Dan jgħid Sidi l-Mulej:
Int mibni kollok perfett,
mimli għerf u kollok ġmiel.
13Fl-Għeden, il-ġnien ta’ Alla,
kont imdawwar b’kull xorta ta’ ħaġar prezzjuż,
sardju, topazju, djamant, krisoltu,
oniċi, djaspru, żaffir, rubin, żmerald.
Tad-deheb kienu l-ġlieġel tiegħek,
u l-ġawhar li kellek fuqek,
f’jum ħolqienek għamluhomlok.
14Lilek mal-kerubin bi ġwenħajh miftuħa,
jien għamiltek għassies.
Int kont fuq il-muntanja mqaddsa ta’ Alla,
u kont timxi f’nofs il-ħaġar tan-nar.
15Bla ħtija kont f’mixjietek sa minn ħolqienek,
sakemm ma nkixifx qerqek.
16Bil-kobor tan-negozju tiegħek
imtlejt bl-inġustizzja u dnibt,
u jien warrabtek mill-muntanja ta’ Alla,
u l-kerubin għassies ħarġek
minn qalb il-ġamar tan-nar.
17Qalbek tkabbret bi ġmielek;
ħassart għerfek bi tlellixek.
Jien sabbattek mal-art,
minħabba d-delitti tiegħek,
perriċtek quddiem is-slaten
biex jitpaxxew bik.
18Bil-kotra tal-ħażen tiegħek,
bil-qerq tan-negozju tiegħek,
int żeblaħt is-santwarji tiegħek.
Għalhekk jien ħriġt nar minn ġo nofsok,
u belgħek u għamlek irmied fuq l-art,
quddiem in-nies iħarsu lejk.
19Kull min kien jafek minn fost il-popli
baqa’ skantat bik:
int sirt waħx, u ma terġa’ tqum qatt iżjed.”
Oraklu kontra Sidon20Ġietni l-kelma tal-Mulej u qalli:
21“O bniedem, dawwar wiċċek lejn
Sidon u ħabbrilha
23Nibagħtilha fiha l-pesta;
u d-demm jiġri fi triqatha;
il-midrubin jaqgħu f’nofsha,
bix-xabla li taqa’ fuqha minn kull naħa
u jkunu jafu li jien il-Mulej.”
Ir-restawrazzjoni ta’ Iżrael24Ma jkunx hemm aktar għal Iżrael, la xewk li jniggeż u anqas għollieq li jwaġġa’, minn fost il-ġirien li kienu jobogħduhom, u jkunu jafu li jien is-Sid, il-Mulej.”
25Dan jgħid Sidi l-Mulej: “Meta niġbor id-dar ta’ Iżrael minn qalb il-popli li fosthom xerridthom, jien nuri qdusiti fihom taħt għajnejn il-ġnus, u jgħammru fl-art li jien tajt lill-qaddej tiegħi Ġakobb.
26U jgħammru fiha b’moħħhom mistrieħ u jibnu d-djar, ixettlu d-dwieli, u jgħammru b’moħħhom mistrieħ meta nkun għamilt ħaqq minn għedewwiethom ta’ madwarhom li kienu jistmerruhom u jkunu jaf li jien il-Mulej Alla tagħhom.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.