NUMRI 11 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 11It-tgemgim tal-poplu

1Ġara li l-poplu beda jgemgem u jsemma’ l-ilmenti tiegħu lill-Mulej. U l-Mulej semagħhom, u xegħel bil-qilla, u bagħtilhom in-nar, u ħarqilhom it-truf tal-kamp.

2U l-poplu għajjat lil Mosè, u dan talab għalihom lill-Mulej, u n-nar intefa.

18“Imbagħad tgħid lill-poplu: Tqaddsu għall-għada, u intom tieklu l-laħam, għaliex il-biki tagħkom wasal f’widnejn il-Mulej meta intom għedtu: Min se jitmagħna l-laħam? Kemm konna sewwa fl-Eġittu! Il-Mulej se jagħtikom laħam x’tieklu..

33Kien għad għandhom il-laħam bejn snienhom, u anqas kienu għadhom kiluh, meta l-Mulej inkorla għall-poplu u laqtu b’qerda kbira.

34U semmew dak il-post: Kibrotħattawa, għaliex hemm difnu ’l dawk li mietu bil-klubija li kellhom għall-ikel.Dt 9,22.

35Imbagħad il-poplu telaq minn Kibrotħattawa għal Ħaserot u waqaf hemm.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help