1“Dawn huma l-liġijiet u d-digrieti li għandkom tqisu li tagħmlu fl-art li tak il-Mulej, Alla ta’ missirijietek, biex tirtuha, il-jiem kollha sakemm iddumu ħajjin fuq l-art.
2“Eqirdu għalkollox l-imkejjen li fihom il-ġnus li se tkeċċuhom qiemu l-allat tagħhom fuq il-muntanji, u fuq l-għoljiet, u taħt kull siġra ħadra.
13“Qis li ma toffrix is-sagrifiċċji tal-ħruq tiegħek f’kull post li tara.
14Imma fil-post li jkun għażel il-Mulej f’wieħed mit-tribujiet tagħkom; hemm għandek toffri s-sagrifiċċji tal-ħruq u hemm tagħmel kulma jiena qiegħed nordnalek.
15“Imma kulma tkun tixtieq qalbek tista’ toqtlu u tieklu; il-laħam fi blietek kollha skont il-barka li jkun tak il-Mulej, Alla tiegħek. Min hu mniġġes u min hu safi, it-tnejn jistgħu jieklu minnu, bħalma jistgħu jieklu l-għażżiela u ċ-ċerv.
16Biss id-demm tikluhx, imma xxerrdu fl-art bħall-ilma.
20“Meta l-Mulej iwessa’ l-fruntiera tiegħek bħalma wiegħdek, u int tgħid: ‘Irrid niekol il-laħam,’ għax ikollok xewqa kbira li tiekol il-laħam, tkun tista’ tiekol laħam kemm tixtieq qalbek.
28“Ħares u isma’ dawn l-ordnijiet kollha li jien qiegħed nagħtik, biex ikollok ir-risq, int u wliedek warajk għal dejjem, għax tkun għamilt dak li jogħġob lill-Mulej, Alla tiegħek.
Il-kult tal-pagani29“Il-Mulej, Alla tiegħek, jeqred il-ġnus li int sejjer għandhom biex tkeċċihom minn quddiemek, u int teqridhom u tgħammar f’arthom.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.