ATTI TAL-APPOSTLI 26 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 26Id-difiża ta’ Pawlu quddiem Agrippa

1Agrippa qal lil Pawlu: “Tista’ titkellem u tiddefendi ruħek.” Pawlu medd idu u beda jiddefendi l-kawża tiegħu:

2“Inħossni hieni, sultan Agrippa, li llum se niddefendi ruħi quddiemek mill-akkużi kollha li l-Lhud qegħdin iġibu kontra tiegħi,

3l-aktar għax int taf id-drawwiet u l-kwistjonijiet kollha tal-Lhud. Għalhekk nitolbok tismagħni bis-sabar.

4X’kienet ħajti sa minn żgħożiti, kif għaddejtha sa mill-bidu fost il-poplu tiegħi f’Ġerusalemm, jafuh il-Lhud kollha.

5Huma ilhom jafu ħafna, jekk iridu jixhdu, kif jien għext ta’ Fariżew, skont is-setta l-aktar iebsa tar-reliġjon tagħna.., u, meta kienu jaqtgħuhielhom għall-mewt, jien kont nagħti l-kunsens tiegħi.

11Bosta drabi wkoll kont naħqarhom fis-sinagogi kollha u kont nagħmel minn kollox biex inġagħalhom jiċħdu t-twemmin tagħhom u b’saħna liema bħalha kont nippersegwitahom sa fi bliet barranin.

Pawlu jirrakkonta l-konverżjoni tiegħu(Atti 9,1-9; 22,6-16)

12“Hekk, bis-setgħa u l-permess tal-qassisin il-kbar, tlaqt lejn Damasku.

13Jien u sejjer, f’nofsinhar, sultan, rajt dawl, aqwa mid-dija tax-xemx, ġej mis-sema u idda madwari u madwar dawk li kienu fit-triq miegħi.

14Waqajna lkoll fl-art, u jien smajt leħen jgħidli bl-ilsien Lhudi, ‘Sawl, Sawl, għaliex qiegħed tippersegwitani? Iebsa għalik li teħodha kontra n-niggieża!’

15Jien weġibt, ‘Min int, Mulej?’ U l-Mulej qalli, ‘Jien Ġesù li int qiegħed tippersegwitah.

16Imma qum u ieqaf fuq riġlejk. Għax jien għalhekk dhertlek, biex nagħmlek ministru u xhud tad-dehra li fiha rajtni u ta’ dawk li fihom għad nidhirlek. qalu li kellu jsir,Pawlu jħajjar lil Agrippa biex jemmen

24Wara li Pawlu għamel din id-difiża tiegħu nnifsu, Festu għolla leħnu u qallu: “Int miġnun, Pawlu! L-għerf kbir tiegħek qiegħed iġennek!”

25Pawlu wieġeb: “Eċċellenza, Festu, jien m’iniex miġnun, imma qiegħed ngħid is-sewwa u nitkellem bil-għaqal.

26Is-sultan, li miegħu qiegħed nitkellem bil-libertà kollha, jaf sewwa dan kollu; għax għandi nifhem li xejn minn dan kollu ma hu moħbi għalih, ladarba dan ma sarx fil-moħbi.!”

29Pawlu wieġeb: “Nitlob ’l Alla li, bil-ftit jew bil-wisq, mhux inti biss, imma dawk kollha li llum qegħdin jisimgħuni jkunu bħali, barra mill-irbit ta’ dawn il-ktajjen.”

30Imbagħad is-sultan, il-gvernatur, Bereniċi u dawk kollha li kienu bilqiegħda miegħu qamu.

31Huma u sejrin, bdew jgħidu wieħed lill-ieħor: “Dan ir-raġel ma għamel xejn li jistħoqqlu l-mewt jew il-ktajjen.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help