1Antijoku bin Demetriju, is-sultan, bagħat ittra mill-gżejjer tal-baħar lil Xmun, il-qassis il-kbir u etnarka tal-Lhud, u lill-poplu kollu,
2li kien fiha dan: “Is-sultan Antijoku lil Xmun, il-qassis il-kbir u etnarka, u lill-poplu Lhudi, sliem!
3Billi xi nies tradituri ħatfu s-saltna ta’ missirijietna, irrid nerġa’ nieħu lura din is-saltna f’idejja u nġibha għal li kienet qabel. Għalhekk jien ġbart kotra kbira ta’ nies armati u ħejjejt ġfien tal-gwerra.
4Għandi l-ħsieb li ninżel l-art ħalli nitħallas minn dawk li ħarbtu artna u li għamlu ħerba mill-ħafna bliet fis-saltna tiegħi.
5“Issa jien inwettaq l-eżenzjonijiet kollha mit-tribut li kienu ħafrulek is-slaten ta’ qabli, u neħilsek mill-ħlasijiet kollha li minnhom kienu ħelsuk,
6u nagħtik il-permess li tistampa l-flus, li jkunu jiswew f’artek.
7Ġerusalemm u t-tempju jkunu ħielsa. U l-armi kollha, li int ħejjejt, il-fortizzi li inti bnejt u li għandek f’idejk jibqgħu għandek.
8Id-djun kollha li għandek mas-sultan u li jista’ jkollok tagħtih ’il quddiem, ikunu maħfura issa u għal dejjem.
9“Meta mbagħad inkunu rġajna ħadna s-saltna f’idejna, nimlew b’unuri kbar lilek u lil ġensek u lit-tempju, biex ġieħkom ikun magħruf mad-dinja kollha.”
10Fis-sena 174 Antijoku rħielha lejn art missirijietu, u ngħaqdu miegħu t-truppi kollha; u ma’ Trifon baqgħu l-ftit.
11Antijoku mbagħad għamel għal warajh, waqt li dan ħarab u wasal ħdejn Dor f’xatt il-baħar.
12Hu kien jaf biżżejjed bil-ħsara li kienet qiegħda tinġema’ għal fuqu, ladarba kienu telquh it-truppi.
13Antijoku waqqaf il-kamp madwar Dor; kellu miegħu mija u għoxrin elf gwerrier u tmint elef kavallerija.
14U dawwar il-belt, waqt li l-iġfna resqu min-naħa tal-baħar, u hekk għalaq il-belt mill-art u mill-baħar, u ma ħalla lil ħadd jidħol jew joħroġ minnha.
L-alleanza bejn ir-Rumani u Xmun15Imbagħad Numenju u sħabu waslu lura minn Ruma b’ittri lis-slaten u lill-artijiet, li kien fihom miktub dan:
16“Luċju, konslu tar-Rumani, lis-sultan Ptolomew, sliem!
17L-ambaxxaturi tal-Lhud ġew għandna bħala ħbieb u alleati tagħna, biex iġeddu l-ħbiberija u l-alleanza ta’ qabel. Bagħtuhom Xmun, il-qassis il-kbir, u l-poplu tal-Lhud.
18Ġiebu magħhom tarka ta’ elf mina deheb.
19“Għalhekk dehrilna xieraq li niktbu lis-slaten u lill-artijiet li ma għandhom jagħmlulhom ebda ħsara, li ma jaħbtux la għalihom, la għal bliethom u lanqas għal arthom. Lanqas ma jkunu alleati ma’ dawk li jaħbtu għalihom.
20“Aħna dehrilna sewwa li nilqgħu t-tarka mingħandhom.
21Jekk xi nies ħżiena minnhom jaħarbu f’pajjiżkom, agħtuhom f’idejn Xmun, il-qassis il-kbir, biex jikkastigahom skont il-liġi tagħhom.”
22Hekk ukoll kiteb lis-sultan Demetriju, lil Attalu, lil Arjarati, u lil Arsaki,
23u lill-artijiet kollha, lil Sampsamu, lill-Ispartani, lil Delu, lil Mindu, lil Sikjon, lil Karja, lil Samos, lill-Pamfilja, lil Liċja, lil Ħalikarnassu, lil Rodi, lil Faseli, lil Kos, lil Sidi, lil Aradu, lil Gortina, lil Knidu, lil Ċipru u lil Ċireni.
24U għamlu kopja ta’ dawn lil Xmun, il-qassis il-kbir.
Xmun jiksirha ma’ Antijoku VII Sideti (138 QK)25Is-sultan Antijoku waqqaf il-kamp fis-subborg ta’ Dor; u baqa’ jross bla heda għal fuqha bit-truppi; għamel magni, u għalaq fiha lil Trifon, li la seta’ joħroġ u lanqas jidħol.
26U Xmun bagħat lil Antijoku elfejn raġel magħżul biex jgħinuh, u fidda u deheb, u ħafna tagħmir.
27Imma hu ma aċċettahomx, anzi ħassar kulma kien ftiehem miegħu qabel, u kisirha miegħu.
28Is-sultan bagħatlu lil Antenobju, wieħed mill-Ħbieb tiegħu, biex jiftiehem miegħu u jgħidlu: “Intom għandkom f’idejkom Ġaffa, Geżer u l-Akra f’Ġerusalemm, kollha bliet tas-saltna tiegħi..
38Is-sultan min-naħa tiegħu għamel lil Kendebew kmandant tax-xtajta, u tah eżerċtu ta’ fanterija u l-kavallerija.
39U ordnalu li jwaqqfu l-kamp biswit il-Lhudija, u ordnalu wkoll jiffortifika l-Kedron, isaħħaħ il-bwieb, u jaħbat għall-poplu. Is-sultan għamel għal wara Trifon.
40Kendebew wasal Ġamnija, beda jissikka lill-poplu, u jidħol fil-Lhudija, jaqbad nies ilsiera u joqtol mill-poplu.
41Iffortifika ’l Kedron u qiegħed fiha kavallerija u fanterija biex joħorġu jduru mat-toroq tal-Lhudija, skont ma ordnalu s-sultan.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.