ESTER BIL-GRIEG 2 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 2Tfittxija għal xebba sabiħa

1[1] Wara dawn il-ġrajja, xħin għaddietlu l-korla, is-sultan Assweru ftakar f’Vasti, x’kienet għamlet u x’kien iddeċieda kontriha hu.

2[2] Il-ministri ta’ madwaru qalulu: “Ħa jfittxu tfajliet verġni u sbieħ fl-għajn.

3[3] Ħa jibgħat is-sultan uffiċjali mal-ibliet tal-imperu kollu, u jġibu lil kull tfajla verġni u sabiħa fl-għajn; imbagħad jiġbruhom fil-ħarem tan-nisa f’Susa, iċ-ċittadella, u jħalluhom f’idejn Ħegaj, l-uffiċjal tas-sultan, l-inkarigat min-nisa, u jipprovdulhom il-fwejjaħ., bint zijuh, għax la kellha omm u lanqas missier. It-tfajla kienet sabiħa fis-sura tagħha u ġmielha kien jolqot l-għajn; meta mietu missierha u ommha, Mordekaj ħadha b’bintu.

8[8] Meta nstemgħet l-ordni tas-sultan u d-digriet kien imxandar, u ġiebu ħafna tfajliet fiċ-ċittadella ta’ Susa, u rħewlhom f’idejn Ħegaj, ħadu wkoll lil Ester f’dar is-sultan f’idejn Ħegaj, l-inkarigat min-nisa.

9[9] It-tfajla għoġbitu u ħa grazzja magħha. Fittex taha l-fwejjaħ u r-razzjon tal-ikel; u taha wkoll seba’ tfajliet magħżula mill-palazz tas-sultan, u qiegħed lilha u t-tfajliet tagħha fl-aħjar taqsima tal-ħarem tan-nisa.

10[10] Ester ma wrietx la ġensha u lanqas il-familja tagħha, għax Mordekaj wissieha biex ma turi xejn.

11[11] U Mordekaj kuljum kien joqgħod jitlajja biswit il-bitħa tal-ħarem tan-nisa ħa jkun jaf kif kienet sejra Ester, u x’kien se jsir minnha.

12[12] It-tfajliet kienu jidħlu ħdejn is-sultan Assweru, kull waħda meta kien imissha, wara preparazzjoni ta’ tnax-il xahar kif kien preskritt għan-nisa mqassam b’dan il-mod; sitt xhur kienu jindilku biż-żejt tal-mirra u sitt xhur bil-fwejjaħ u bl-ingwent għan-nisa.

13[13] U meta t-tfajla kienet tiġi biex toħroġ b’dan il-mod mill-ħarem tan-nisa għall-palazz tas-sultan kienet tista’ tieħu magħha kulma kienet titlob.

14[14] Kienet tidħol filgħaxija, u terġa’ lura l-għada filgħodu lejn ħarem ieħor tan-nisa, taħt il-ħarsien tal-uffiċjal tas-sultan, Sagħasgaż, l-inkarigat mill-konkubini; ma kinitx tmur iżjed għand is-sultan jekk ma tkunx għoġbitu u ma tkunx imsejħa b’isimha.Ester sultana

15[15] U meta mess lil Ester, bint Abiħajl, iz-ziju ta’ Mordekaj, li ħadha bħala bintu, biex tmur għand is-sultan, ma fittxet xejn iżjed ħlief dak li qalilha Ħegaj, l-uffiċjal tas-sultan, l-inkarigat min-nisa; u Ester saħħret għajnejn kull min raha.

16[16] Lil Ester ħaduha għand is-sultan Assweru, fil-palazz tas-sultan, fl-għaxar xahar, fix-xahar ta’ Tebet, fis-seba’ sena ta’ saltnatu.

17[17] Is-sultan ħabb lil Ester fuq in-nisa l-oħra kollha; u hi sabet fih grazzja u mħabba aktar mix-xebbiet l-oħra, u qegħdilha l-kuruna tas-saltna f’rasha, u għamilha sultana flok Vasti.

18[18] Imbagħad is-sultan għamel pranzu lill-prinċpijiet u l-ministri tiegħu kollha, pranzu f’ġieħ Ester; ta wkoll festa lill-provinċji kollha, u qassam rigali ta’ sultan li kien.

19[19] Meta kienu qegħdin iressqu xebbiet oħra, Mordekaj kien joqgħod ħdejn il-bieb tal-palazz.Est 2,14.

20[20] Ester ma wrietx, la l-familja u lanqas il-poplu tagħha, kif kien wissieha Mordekaj; għax hi baqgħet tagħmel skont ma kien jordnalha Mordekaj, bħal meta kienet miegħu.

21[21] F’dawk il-jiem Mordekaj kien qiegħed ħdejn il-bieb tal-palazz; Bigtan u Teres, uffiċjali tas-sultan u għassiesa tal-bieb, kienu inkurlati u riedu jmiddu idejhom fuq is-sultan Assweru.Est A,12-15; 6,1-3.

22[22] Mordekaj sar jaf b’din il-biċċa u għarraf lis-sultana Ester, u Ester qalet lis-sultan f’isem Mordekaj.

23[23] Meta tkixxfu din il-biċċa u sabu li kien hekk, għallquhom ma’ siġra, u niżżlu kollox fil-ktieb tal-ġrajja ta’ żmien is-sultan.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help