ĠENESI 42 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 42Ħut Ġużeppi fl-Eġittu

1Ġakobb ra li kien hemm il-qamħ fl-Eġittu, u qal lil uliedu: “X’intom tħarsu lejn xulxin?”

25U Ġużeppi ordna li jimlewlhom l-ixkejjer tagħhom bil-qamħ u li jqiegħdu l-bċejjeċ tal-fidda ta’ kull wieħed fl-ixkora tiegħu, u li jagħtuhom ikel għat-triq. U għamlulhom hekk.

26U għabbew il-qamħ fuq il-ħmir tagħhom u telqu minn hemm.

27U wieħed minnhom fetaħ l-ixkora tiegħu fil-lukanda biex jagħlef il-ħmar tiegħu, u ra li flusu kienu f’wiċċ l-ixkora tiegħu.

28U qal lil ħutu: “Tawni lura flusi, u hawn huma f’wiċċ l-ixkora tiegħi.” U ħarġet ruħhom, u b’rogħda fuqhom bdew jgħidu lil xulxin: “X’inhu dan li għamlilna Alla?”

29U waslu għand missierhom Ġakobb fl-art ta’ Kangħan u għarrfuh b’kulma ġralhom u qalulu:

30“Dak ir-raġel, is-sid tal-art, kellimna iebes u ħadna bi spjuni tal-pajjiż;

31u aħna għednielu li aħna nies sewwa, u m’aħniex spjuni.

32Aħna tnax-il aħwa, ulied missier wieħed: wieħed ma għadux magħna u ż-żgħir illum qiegħed ma’ missierna f’Kangħan.

33U r-raġel sid l-art qalilna: ‘Minn dan inkun naf jekk intomx nies sewwa: ħallu hawn miegħi ’l wieħed minn ħutkom, ħudu l-qamħ għall-ġuħ f’darkom u morru.

34U ġibuli hawn ’il ħukom iż-żgħir, u jien inkun naf li m’intomx spjuni, imma nies sewwa; imbagħad jiena rroddilkom ’il ħukom lura u intom tkunu tistgħu tiġġerrew mal-art kollha.’ ”

35Ġara li meta bdew ibattlu l-ixkejjer tagħhom, kull wieħed ra l-borża ta’ flusu fl-ixkora tiegħu; raw il-boroż ta’ flushom u beżgħu, huma u missierhom.

36U Ġakobb missierhom qalilhom: “Ġibtuni bla tfal! Ġużeppi ma għadux iżjed; Simgħon ma għadux iżjed, u issa tridu teħduli lil Benjamin. Kellu jiġrili dan kollu!”

37U Ruben kellem lil missieru u qallu: “Oqtolli liż-żewġ uliedi jekk ma nġibhulekx lura. Erħih f’idejja u jiena nġibhulek lura.”

38U hu wieġbu: “Ibni ma jinżilx magħkom; għax ħuh miet u hu baqa’ waħdu. U jekk jiġrilu xi għawġ fit-triq, li sejrin fiha, tniżżluli xjuħiti bil-għali fil-qabar.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help