MARK 12 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 12Il-parabbola tal-għalqa u l-bdiewa(Mt 21,33-46; Lq 20,9-19)

1U beda jkellimhom bil-parabboli: “Kien hemm raġel li ħawwel għalqa bid-dwieli; tella’ ħajt tas-sejjieħ madwarha, ħaffer magħsar fiha, bnielha torri, u qabbilha lil xi bdiewa. U siefer f’art oħra.

saret il-ġebla tax-xewka:

11 bis-saħħa tal-Mulej seħħ dan;

ħaġa tal-għaġeb f’għajnejna’?”

12Huma riedu kieku jaqbduh taħt idejhom, għax fehmu li dik il-parabbola kien qalha għalihom; imma beżgħu min-nies, u għalhekk ħallewh u telqu.Ġesù mistoqsi dwar il-ħlas tat-taxxi(Mt 22,15-22; Lq 20,20-26)

13Imbagħad bagħtulu xi Fariżej u Erodjani biex jonsbuh f’xi kelma., u hu staqsiehom: “Ta’ min huma dan il-wiċċ u din il-kitba?” Qalulu: “Ta’ Ċesari!”

17Qalilhom imbagħad Ġesù: “Agħtu lil Ċesari dak li hu ta’ Ċesari, u lil Alla dak li hu ta’ Alla.” U stagħġbu ħafna bih.Ġesù mistoqsi dwar il-qawmien mill-imwiet(Mt 22,23-33; Lq 20,27-40)

18Mela resqu lejh xi Sadduċej, li jgħidu li ma hemmx qawmien mill-imwiet, u għamlulu din il-mistoqsija:

Oqgħod fuq il-lemin tiegħi,

sa ma nkun qegħedt l-għedewwa tiegħek taħt riġlejk.’

37Jekk David stess sejjaħlu Sidu, mela kif inhu ibnu?” U dik il-kotra kbira ta’ nies qagħdet tisimgħu bil-qalb kollha.Ġesù jikkundanna l-ipokrisija tal-kittieba(Mt 23,6-36; Lq 11,37-54; 20,45-47)

38Hu u jgħallimhom qal ukoll: “Iftħu għajnejkom mill-kittieba, li jħobbu jduru mat-toroq bi lbiesi twal, jixtiequ min isellmilhom fil-pjazez,

39u fis-sinagogi joqogħdu fis-siġġijiet ta’ quddiem, u fil-postijiet ewlenin fil-pranzijiet;

40iberbqu ġid ir-romol, u mbagħad għal wiċċ in-nies idumu ħafna jitolbu. Dawn jieħdu kundanna aktar iebsa.”

L-offerta tal-armla(Lq 21,1-4)

41Kien qiegħed biswit it-teżor, iħares u jara xi flus jitfgħu n-nies fit-teżor. Bosta għonja bdew jitfgħu ħafna.

42Resqet waħda armla fqira u tefgħet biċċtejn żgħar, jiġifieri xi tliet ħabbiet.

43Hu sejjaħ id-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Tassew ngħidilkom, li din l-armla fqira tefgħet iktar minn dawk kollha li tefgħu fit-teżor.

44Għax dawk kollha tefgħu miż-żejjed tagħhom, imma hi, fil-faqar tagħha, tefgħet kulma kellha, dak kollu li kellha biex tgħix.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help