NUMRI 13 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 13L-ispiji f’art Kangħan

1Il-Mulej kellem lil Mosè u qallu:.

17Mosè bagħathom jitkixxfu l-art ta’ Kangħan u qalilhom: “Itilgħu min-Negeb, u itilgħu qalb l-għoljiet.

18Araw l-art x’inhi u n-nies li jgħammru fiha; jekk humiex f’saħħithom jew dgħajfa; jekk humiex ftit jew ħafna;

19jekk l-art li jgħammru hijiex art tajba jew ħażina; u liema huma l-ibliet li jgħixu fihom; humiex miftuħa jew magħluqa bis-swar;

20jekk l-art hijiex għammiela jew ħawlija; fihiex siġar jew le. Agħmlu l-ħila u ħudu mill-frott tal-art.” Kien żmien il-bikri tal-għeneb.

21U telgħu u tkixxfu l-art, mid-deżert ta’ Sin sa Reħob, in-naħa tad-daħla ta’ Ħamat.

22Telgħu min-Negeb u waslu sa Ħebron, fejn kienu Aħiman, Sesaj, Talmaj, ulied Għanak. Ħebron kienet inbniet seba’ snin qabel Sogħan fl-Eġittu., b’tifkira tal-għanqud li qatgħu minn hemm ulied Iżrael.

25Reġgħu lura mit-tkixxif tal-art wara erbgħin jum.; (ulied Għanak ġejjin mill-ġganti) u ħassejna ruħna bħal ġradijiet u hekk deherna aħna f’għajnejhom.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help