NUMRI 3 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 3Ulied Aron u dmirijiethom

1Dawn kienu l-ġenerazzjonijiet ta’ Aron u Mosè, meta l-Mulej kellem lil Mosè fuq il-muntanja Sinaj.

5U l-Mulej kellem lil Mosè u qallu:

11U kellem il-Mulej lil Mosè u qallu:

18Ulied Gersun, skont il-familji tagħhom kienu: Libni u Simgħi.

19Ulied Keħat skont il-familji tagħhom kienu: Għamram u Isħir, Ħebron u Għużżijel.

20Ulied Merari skont il-familji tagħhom: Maħli u Musi. Dawn kienu l-familji ta’ Levi skont id-djar ta’ missirijiethom.

21Minn Gersun kienet ġejja l-familja ta’ Libni u l-familja ta’ Simgħi. Dawn huma l-familji tal-Gersunin,

22u l-għadd ta’ rġiel fosthom minn xahar ’il fuq kien sebat elef u ħames mija.

23Il-familji tal-Gersunin kellhom il-kamp tagħhom in-naħa tal-Punent wara t-tabernaklu;

24u l-kap tad-dar tal-Gersunin kien Eljasaf bin Lajel.

25Fis-servizz tagħhom fit-tinda tal-laqgħa kellhom jieħdu ħsieb tat-tabernaklu, u t-tinda, u l-purtiera tal-bieb tat-tinda tal-laqgħa, u

32Il-kap fuq il-kapijiet l-oħra kollha tat-tribù ta’ Levi kien Elgħażar bin Aron, il-qassis, li kien magħżul fuq dawk kollha li kellhom jieħdu ħsieb is-santwarju.

33Il-familji ta’ Merari kienu: il-familja ta’ Maħli u l-familja ta’ Musi. Dawn huma l-familji ta’ Merari.

34L-għadd tal-irġiel minn xahar ’il fuq kien ta’ sitt elef u mitejn.

35U l-kap tal-familja ta’ Merari kien Surjel bin Abiħajil; u kellhom il-kamp ħdejn it-tabernaklu fuq in-naħa tat-Tramuntana.

36Ulied Merari kellhom jieħdu ħsieb it-twavel tat-tinda, u t-traversi, u l-pilastri, u l-imqagħad tagħhom, u t-tagħmir kollu tagħhom u kulma kien jenħtieġ,

39Il-Leviti, li għaddew Mosè u Aron, skont l-ordni tal-Mulej, familja familja, l-irġiel kollha minn xahar ’il fuq, kienu jlaħħqu l-għadd ta’ tnejn u għoxrin elf ruħ.

Għadd l-imweldin l-ewwel

40U l-Mulej qal lil Mosè: “Għodd l-imweldin l-ewwel kollha fost l-irġiel ta’ wlied Iżrael minn xahar ’il fuq, u ħu l-għadd kollu ta’ ismijiethom.

41Ħu għalija - Jiena l-Mulej - il-Leviti minflok l-imweldin l-ewwel ta’ wlied Iżrael; u l-bhejjem tal-Leviti minflok l-imweldin l-ewwel tal-bhejjem ta’ wlied Iżrael.”Eż 13,11; Num 3,12-13.

42Mosè għadd l-imweldin l-ewwel ta’ wlied Iżrael skont ma ordnalu l-Mulej.

43U l-irġiel kollha mweldin l-ewwel, minn xahar ’il fuq, magħduda b’isimhom, kienu tnejn u għoxrin elf u mitejn u tlieta u sebgħin ruħ.

44U l-Mulej kellem lil Mosè u qallu:

45“Ħu l-Leviti minflok l-imweldin l-ewwel ta’ wlied Iżrael, u l-bhejjem tal-Leviti minflok il-bhejjem tagħhom. Il-Leviti jkunu tiegħi: Jiena l-Mulej.Eż 13,11; Num 3,11-13; 8,18.

46U bi prezz għall-fidwa tal-mitejn u tlieta u sebgħin imwieled l-ewwel ta’ wlied Iżrael, li jibqgħu żejda fuq l-għadd tal-Leviti,

47ħu ħames xwiekel għal kull ras - ix-xekel ikun ta’ għoxrin uqija daqskemm jiswa x-xekel tas-santwarju.Eż 30,13; Lev 27,25; Num 18,16; Eżek 45,12.

48Int tagħti dawn il-flus lil Aron u lil uliedu b’fidwa ta’ dawk li baqgħu żejda.”

49U Mosè ħa l-flus tal-fidwa ta’ dawk li baqgħu żejda wara l-fidwa tal-Leviti.

50Mill-imweldin l-ewwel ta’ wlied Iżrael ħa s-somma ta’ elf tliet mija u ħamsa u sittin xekel, daqskemm jiswa xekel tas-santwarju.

51U Mosè ta l-flus ta’ dawk li kienu mifdija lil Aron u wliedu, skont ma ordnalu l-Mulej.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help