1Is-sultan Antijoku kien għaddej mill-provinċja tan-naħa ta’ fuq, meta sama’ li Elimajs, belt fil-Persja, kienet magħrufa għall-għana, għall-fided u d-dehbijiet li kellha.
2It-tempju li kien hemm fiha kien fih bosta ġid: kellu tarki tad-deheb, kurazzi u armi mħollijin hemm minn Alessandru bin Filippu, li kien l-ewwel wieħed minn fost is-slaten tal-Maċedonja, li saltan fuq il-Griegi.
3Mar, għalhekk, biex jara jiħux il-belt u jisraq kulma jsib fiha, iżda ma seħħlux, għaliex in-nies tal-belt saru jafu x’kellu f’moħħu;
4u ġġildulu u waqfulu. Kellu, mela, jaħrab u jitlaq minn hemm, qalbu sewda, lura lejn il-Babilonja.
5Fil-Persja mbagħad wasal xi ħadd għandu u qallu li l-eżerċti li kienu daħlu f’art Ġuda sfaw mirbuħa.
6Qallu wkoll li Lisja kien minn tal-ewwel li mar bil-qawwa kollha, iżda malajr raġa’ lura u ħarab meta sab ruħu wiċċ imb wiċċ mal-Lhud. U żied jgħidlu li l-Lhud ħadu saħħithom minħabba l-għodod u l-armi u l-priżi kbar li seħħilhom jaħtfu minn taħt idejn is-suldati li huma qerdu.
7Barra minn dan, semmielu li l-idolu, li hu kien tella’ fuq l-artal f’Ġerusalemm, il-Lhud ġarrfuh, u s-santwarju dawruh b’ħitan għolja bħal qabel, u għamlu l-istess lill-belt tiegħu ta’ Betsur.
8Is-sultan, meta ħa dawn l-aħbarijiet, inħasad u beda jirtogħod bil-biża’. Mar fis-sodda, u xejn ma ħassu f’sikktu bis-swied ta’ qalb li qabdu, għax ma kienx seħħlu t-tir ta’ moħħu.
9Baqa’ ġranet sħaħ fis-sodda, għaliex niket kbir kien jaħkmu mill-ġdid kull darba, u ħaseb li kien wasal biex imut.
10Sejjaħ, għalhekk, lil ħbiebu kollha u qalilhom: “In-ngħas ħarab minn xfar għajnejja, għax qalbi sewda għall-aħħar bid-dwejjaq li għandi fuqi.
11Għedt bejni u bejn ruħi: Ara, x’diqa ġejt fiha, u x’baħar issa sibt ruħi fih! Jiena, fis-setgħa tiegħi, kont dejjem ferħan u kont maħbub.
12Iżda issa m’iniex ħlief niftakar fid-deni li għamilt f’Ġerusalemm: ġarrejt il-ħwejjeġ kollha li kellha, sew tal-fidda u sew tad-deheb, u għal xejn b’xejn bgħatt noqtol lil kull min joqgħod f’art Ġuda.
13Qed nara li minħabba f’hekk ġiet fuqi dil-ħsara kollha, u ara, qed immut mifni bis-swied ta’ qalb f’art barranija.”
14Imbagħad sejjaħ lil Filippu, wieħed minn ħbiebu, u qiegħdu kap fuq is-saltna tiegħu kollha.
15Tah il-kuruna u l-mant tiegħu, u ċ-ċurkett u inkarigah li jrabbi lil ibnu Antijoku, u jħarrġu biex ikun sultan.
16U Antijoku, is-sultan, miet fis-sena 149.
17Malli sama’ Lisja li miet is-sultan Antijoku, għamel sultan lil ibnu Antijoku, li kien rabbieh minn ċkunitu u semmieh Ewpator.Spedizzjoni ta’ Antijoku V Ewpator (163QK)
18Dawk li kienu fl-Akra għalqu l-Iżraelin madwar it-tempju u kienu jfittxu li jagħmlulhom il-ħsara u jgħinu lill-Ġentili.. Bnew torrijiet u magni oħra.
21Imma xi wħud mill-assedjati rnexxielhom joħorġu, u ngħaqdu magħhom xi midgħajja minn Iżrael
22u marru jgħidu lis-sultan: “Kemm se ddum ma tivvendika ruħek u tagħmel ħaqq lil ħutna?
23Minn rajna aħna konna aċċettajna li nservu lil missierek u li nimxu skont ma jgħidilna u noqogħdu għall-ordnijiet tiegħu.
24U minħabba f’hekk ulied il-poplu tagħna dawru l-Akra u nqatgħu minnha. Mhux biss, imma qegħdin joqtlu lil kull min isibu minna u jisirqulna ġidna.
25U meddew idejhom mhux fuqna biss, imma fuq il-ġirien tagħhom kollha.
26U, ara, illum waqqfu l-kamp madwar l-Akra f’Ġerusalemm biex jaħtfuha, u ffortifikaw it-tempju u ’l Betsur.
27Jekk int ma tfittixx tilħaq qabilhom mill-aktar fis, jagħmlu agħar minn hekk, u ma tkunx tista’ trażżanhom.”
28Is-sultan, malli sama’ b’dan, inkorla u ġabar il-ħbieb tiegħu kollha, kapijiet tal-eżerċtu tiegħu u l-uffiċjali tal-kavallerija tiegħu..Lev 25,2.
50Hekk is-sultan ħa f’idejh Betsur u ħalla fiha gwarniġjun biex iħarisha.
51Imbagħad dawwar il-kamp għal fuq it-tempju għal żmien twil, u waqqaf batteriji u magni, għodod għat-tfigħ tan-nar u l-ġebel, inġenji għat-twaddib tal-vleġeġ u żbandoli.
52Il-Lhud ukoll, min-naħa tagħhom, għamlu magni kontra l-magni tagħhom u damu jitqabdu żmien twil.
53Imma ikel fl-imħażen ma kienx hemm, għax ħabtet is-seba’ sena u r-rifuġjati li kienu ħarbu lejn il-Lhudija minn fost il-Ġentili kielu kulma kien daħal fl-imħażen.
54Għalhekk il-Lhud ħallew ftit nies fit-tempju, u xterdu ’l hemm u ’l hawn, kulħadd lejn pajjiżu, għax il-ġuħ kien għafashom.
55Sadattant Lisja sama’ li Filippu, li s-sultan Antijoku, meta kien għadu ħaj, kien fdalu f’idejh lil ibnu Antijoku biex iħejjih ħalli jsaltan floku,2 Mak 13,23-26.
56kien raġa’ lura mill-Persja u l-Medja bl-eżerċtu tas-sultan li kien mar miegħu; u li kien qiegħed ifittex jieħu l-amministrazzjoni f’idejh.
57U malajr malajr għamel il-ħsieb li jitlaq u qal lis-sultan, lill-kapijiet tal-eżerċtu u lit-truppi: “Qegħdin nonqsu kull jum; ikel ftit fadlilna, u l-post li qegħdin nassedjaw hu qawwi, u rridu naħsbu wkoll fl-imperu.2 Mak 11,13-33.
58Mela issa ejjew noffru l-leminija lil dawn in-nies, nagħmlu paċi magħhom u mal-ġens tagħhom kollu,
59u nħalluhom jimxu skont id-drawwiet tagħhom bħal qabel. Għaliex minħabba d-drawwiet tagħhom, li aħna neħħejnielhom, huma inkurlaw għalina u għamlu dan kollu.”
60Dan il-kliem għoġob lis-sultan u lill-kapijiet, u bagħat jittratta l-paċi magħhom u ftiehmu.
61Is-sultan flimkien mal-kapijiet ħalfulhom, u mbagħad l-assedjati ħarġu mill-Akra.
62U s-sultan mar fuq l-għolja ta’ Sijon, u malli ra kemm kien iffortifikat sewwa, kiser il-ħalfa li kien ħalef, u ordna li jħottu l-ħitan dawramejt.
63Imbagħad telaq mgħaġġel, u raġa’ lura lejn Antjokja, u sab lil Filippu jaħkem il-belt; attakkah u ħadlu l-belt bil-forza.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.