ĠUDITTA 2 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 2L-invażjoni tas-Sirja u l-inħawi tagħha

1Fis-sena tmintax, fit-tnejn u għoxrin jum tal-ewwel xahar, fil-palazz ta’ Nabukodonosor, sultan tal-Assiri, ħarġet il-kelma li s-sultan kien se jivvendika ruħu mill-artijiet kollha, kif kien qal.

2Hu sejjaħ il-ministri u l-kbarat kollha tiegħu, u wriehom il-pjan sigriet tiegħu u għarrafhom bi kliemu stess bil-ħażen ta’ dawk l-artijiet.

3U ddeċidew li jeqirdu kull bniedem li ma joqgħodx għall-kelma li ħarġet minn fommu.

4U ġara li malli wriehom il-ħsieb tiegħu, Nabukodonosor, sultan tal-Assiri, sejjaħ lil Oloferne, il-ġeneral kmandant tal-eżerċtu tiegħu, u li kien jiġi warajh, u qallu:

5“Dan jgħid is-Sultan il-Kbir, sid l-art kollha: ‘Ara, oħroġ minn quddiemi u ħu miegħek nies, żguri mill-ħila tagħhom stess, sa mija u għoxrin elf suldat u tnax-il elf kavallerija, biż-żwiemel u r-rikkieba,, għax jien ħiereġ għalihom bil-qilla kollha tiegħi, niksi l-wiċċ kollu ta’ arthom b’riġlejn is-suldati tiegħi, u nerħihom priża f’idejhom.

8U l-midrubin tagħhom jimlew il-widien, u kull nixxiegħa u xmara timtela u tfur bil-mejtin tagħhom;.

13Qis li int ma tiksirx anqas wieħed mill-ordnijiet ta’ sidek; imma qis li tagħmel kulma ordnajtlek, u la ddumx ma tagħmel dan.”

14Oloferne ħareġ minn quddiem sidu, sejjaħ il-kmandanti kollha, il-ġenerali u l-kaptani tal-eżerċtu tal-Assirja,

15u għażel l-aħjar nies għall-battalja kif ordnalu sidu, mija u għoxrin elf suldat u tnax-il elf arċier fuq iż-żwiemel;

16u qassamhom kif jitqassam eżerċtu għall-gwerra.

17Ħa mbagħad kotra kbira ta’ iġmla, ħmir u bgħula għat-tagħbija, u għadd bla tarf ta’ nagħaġ, baqar u mogħoż għall-għajxien tagħhom;

18ħa wkoll ikel għal kull raġel, u kotra kbira ta’ deheb u fidda mit-teżor tas-sultan.

19Imbagħad ħareġ bl-eżerċtu kollu tiegħu biex imur qabel is-sultan Nabukodonosor, bl-imriekeb u l-kavallerija u l-fanterija magħżula tiegħu, biex bihom jiksi wiċċ l-art kollha tal-Punent.

20Magħhom telqet ukoll kotra kbira daqs it-trab tal-art ta’ kull xorta ta’ nies, qishom sħaba ta’ ġradijiet - kotra bla qjies.

21Telqu minn Ninwè, u wara tlitt ijiem mixi waslu fil-wita ta’ Bektilet, u waqqfu l-kamp ’l hemm minn Bektilet, ħdejn il-muntanja li taħbat fuq ix-xellug taċ-Ċiliċja ta’ fuq.

22Minn hemm imbagħad ħa l-forzi tiegħu kollha - fanterija, kavallerija u karrijiet - u rħielha lejn il-muntanji;

23ħarbat l-art ta’ Put u Lud, u ħataf il-ġid tal-poplu ta’ Rassis u tal-Ismagħelin li jgħammru f’tarf id-deżert in-naħa tan-Nofsinhar ta’ art il-Kellijin.

24U mbagħad għadda l-Ewfrat, u qassam il-Mesopotamja u qered l-ibliet kollha ffortifikati li kienu jinsabu matul il-wied Abron, u wasal sa ħdejn il-baħar.

25Ħa taħt idejh il-muntanji taċ-Ċiliċja, u qered lil dawk kollha li waqfulu, u wasal sa truf Ġafet lejn in-Nofsinhar biswit l-Għarabja.

26Dawwar il-Midjanin kollha, ħarqilhom l-għerejjex u ħatfilhom l-imrieħel.

27U niżel fil-wita ta’ Damasku fi żmien il-ħsad tal-qamħ, ħarqilhom l-għelieqi, u ħarbtilhom l-imrieħel tan-nagħaġ u l-baqar, u ħatfilhom kulma kien hemm fl-ibliet, ħarbtilhom ir-raba’, u qatlilhom iż-żgħażagħ b’xifer ix-xabla.

28U qabadhom il-biża’ u t-tregħid dawk kollha li kienu jgħammru fi xtut il-baħar, dawk ta’ Sidon u Tir, ta’ Sur u Okina; u dawk ta’ Ġamnija, u ta’ Ażotu u Askalon baqgħu mwerwra bil-biża’.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help