NUMRI Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb - Maltese Bible with DC

Ħarsa ħafifa lejn il-ktiebIl-ktieb tan-Numri jkompli jirrakkonta l-ġrajja tal-poplu Lhudi wara li ħareġ mill-Eġittu. Jgħidilna wkoll l-esperjenzi tal-Poplu matul l-erbgħin sena fid-deżert, fi triqthom mill-Muntanja Sinaj sal-art ta’ Kangħan.Alla jitlob lil Mosè jgħodd lill-poplu kif kien imqassam fit-tnax-il tribù ta’ Iżrael. Hu minn dan li l-ktieb jieħu ismu: Numri. Il-ktieb nistgħu naqsmuh fi tliet taqsimiet.Fl-ewwel taqsima (1,1—10,10) naraw kif, wara li Alla talab lil Mosè jgħodd lill-poplu, Hu jgħidlu kif iqassam il-kampijiet u jagħtih istruzzjonijiet dwar id-dmirijiet tal-Leviti. Din it-taqsima tagħlaq biċ-ċelebrazzjoni tal-Ikla tal-Għid u l-għotja tal-offerti għas-sagrifiċċju lil Alla.It-tieni taqsima (10,11—21,20) tirrakkonta xi ġralhom il-Lhud fi triqthom lejn Mowab, art fin-naħa tal-Lvant tax-Xmara Ġordan. Kien vjaġġ diffiċli u l-poplu ta’ spiss kien igerger u jirribella kontra Mosè u kontra Alla. Waslu biex irrifjutaw li jidħlu fl-art ta’ Kangħan wara li kienu semgħu dwar il-popli li kienu jgħixu f’dik l-art. Alla kkastigahom billi ħalliehom fid-deżert għal erbgħin sena. Din it-taqsima tagħlaq billi naraw lil-Lhud ikkampjati ’l hemm mill-Ġordan.Fil-bidu tat-tielet taqsima tal-ktieb (21,21—36,13), naqraw kif il-poplu Lhudi jieħu taħt idejh l-art min-naħa tal-Lvant tax-Xmara Ġordan fuq il-fruntiena ma’ Mowab, in-naħa tan-Nofsinhar tal-Baħar tal-Galilija fit-Tramuntana. Kif ra hekk, is-sultan ta’ Mowab sejjaħ lis-saħħar Balgħam biex jisħet lil Ulied Iżrael. Iżda l-Mulej qal lil Balgħam biex ma jisħetx lill-Poplu, u s-saħħar obda.Il-Lhud ippreparaw ruħhom biex jirbħu l-art ta’ Kangħan, wara xi tribujiet iddeċidew li jissetiljaw fil-Lvant tal-Ġordan. Mosè reġa’ għamel ċensiment tal-poplu għat-tieni darba. Wara dan, Alla għażel lil Ġożwè biex ikun il-mexxej il-ġdid. Għażel ukoll xi mexxejja oħra biex jgħinu lil Ġożwè jqassam l-art bejn it-tribujiet. Il-ktieb jagħlaq b’sensiela oħra ta’ liġijiet li Alla kompla jagħti lill-Poplu.Il-Ktieb tan-Numri jġibilna quddiem għajnejna nies li rribellaw, qatgħu qalbhom u li ma ridux jemmnu li Alla tassew jieħu ħsiebhom. Min-naħa l-oħra naraw kemm Alla veru ħa ħsieb lill-poplu li kien għażel għalih. Mhux talli qatt ma ħalliehom mingħajr ikel u xorb fid-deżert aħrax, talli pproteġiehom waqt il-gwerer. Riedhom jifhmu li hu ma kien se jħallihom qatt jinqerdu; anzi ried iberikhom, hekk kif kien talab Aron:Ibierkek il-Mulej u jħarsek! Jixħet il-Mulej id-dija ta’ wiċċu fuqek, u jurik il-ħniena! Iħares lejk il-Mulej bl-imħabba, u jagħtik is-sliem! (6,24-25).It-taqsim tal-ktiebUlied Iżrael jippreparaw biex jitilqu l-Muntanja Sinaj (1,1—9,23)L-ewwel ċensiment (1,1—4,49)Liġijiet u regoli diversi (5,1—8,26)It-tieni Ikla tal-Għid (9,1-23)Mis-Sinaj sa Mowab (10,1—21,35)Dak li ġara f’Mowab (22,1—32,42)Ħarsa fuq fuq lejn il-vjaġġ mill-Eġittu għall-Mowab (33,1-49)Twissijiet qabel qasmu l-Ġordan (33,50—36,13)
Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help