1U ġietni l-kelma tal-Mulej u qalli:
2“O bniedem, qabblilhom taqbila u fassal tixbiha għal ulied Iżrael.
3Għidilhom: Dan jgħid Sidi l-Mulej:
‘Kien hemm ajkla kbira, ġwenħajha kbar,
b’pinen twal, u rix imżewwaq, li ġiet il-Libanu
u ħadet fergħa mill-quċċata taċ-ċedru;
4ħasdet l-ogħla tarf tal-friegħi tagħha,
u ħaditu f’art il-Kangħanin
u ħallietu f’belt il-merkanti.
5Ħadet ukoll miż-żerriegħa ta’ dik l-art,
u żergħetha f’għalqa taż-żrigħ,
ħawlitha ħdejn gelgul ilma bħas-siġra taż-żafżaf.
6Nibtet u saret dielja mifruxa fl-art,
u frigħetha meddet lejha,
u għeruqha baqgħu hemm fejn kienet.
U saret dielja, ħarġet iż-żraġen,
u rmiet il-friegħi.
7Imma kien hemm ajkla oħra kbira,
ġwenħajha kbar u rixha folt.
Ara! Dik id-dielja dawret għeruqha lejha,
u mill-ħmiemel fejn kienet imħawla
meddet frigħetha lejha,
ħalli ssaqqiha.
8Ħadha u ħawwilha f’art għammiela,
ħdejn gliegel ta’ ilma xxettlet,
ħalli toħroġ il-friegħi u l-frott tagħmel,
biex hekk issir dielja sabiħa.’
9Għidilhom:
‘Dan jgħid Sidi l-Mulej:
Taħsbu li se tmur tajjeb?
Ma taqlagħhiex l-ajkla l-oħra minn għeruqha,
taqtgħalha frottha u tħalliha tinxef?
Jinxef ir-rimi kollu tal-friegħi tagħha.
Ma tkunx meħtieġa saħħa kbira,
jew kotra nies biex jaqilgħuha minn għeruqha.
10Araw! Jewwilla għax imxettla se tmur ’il quddiem?
Ma tinxifx għalkollox malli jmissha
r-riħ mil-Lvant?
Iva, fil-ħmiemel fejn ixxettlet, tinxef.”
It-tifsira ta’ allegorija11U ġietni l-kelma tal-Mulej, u qalli:
12“Għid lil din ir-razza rasha iebsa: Ma tafux xi jfisser dan? Għidilhom: ‘Araw! Ġie s-sultan ta’ Babilonja Ġerusalemm, u qabad is-sultan tagħha u l-prinċpijiet tagħha u ħadhom miegħu Babilonja.
16“Daqs kemm jien ħaj, oraklu ta’ Sidi l-Mulej, talli żeblaħ il-ħalfa tiegħu u kiser il-patt li għamel miegħu, f’nofs il-Belt ta’ Babilonja jmut, f’art is-sultan li tellgħu fuq it-tron.
17Il-Fargħun mhux se jgħinu b’eżerċtu kbir jew b’ħafna nies meta jkun hemm il-ġlied, meta jtellgħu r-rampa u jibnu ħajt madwar għall-qerda ta’ ħafna nies.
18Hu żeblaħ il-ġurament, u kiser il-patt; newwel idu u mbagħad għamel dan kollu: żgur li ma jeħlishiex!
19“Għalhekk dan jgħid Sidi l-Mulej: ‘Daqs kemm jien ħaj, il-ġurament tiegħi li kasbar u l-patt tiegħi li kiser, nitħallas tagħhom minn fuq rasu.
20Nifrex fuqu x-xibka tiegħi, u jinqabad fl-ingassa tiegħi, u nkaxkru f’Babilonja, u hemmhekk nagħmel ħaqq minnu talli kiser kelmtu miegħi. l-għoli, minn tarf il-friegħi l-għolja, rimja żgħira, u nxettilha fuq il-muntanja għolja u kbira;
23fuq il-muntanja l-għolja ta’ Iżrael inxettilha.
U hi toħroġ il-friegħi,
u tagħmel il-frott,
u ssir siġra sabiħa taċ-ċedru.
U taħtha jistkenn kull tajr tal-ġwienaħ,
jistkennu għad-dell tal-friegħi tagħha.
24U jagħrfu s-siġar kollha tar-raba’
li jien il-Mulej,
li siġra għolja nċekkinha,
u siġra żgħira nkabbarha;
nnixxef is-siġra l-ħadra,
u n-niexfa bil-weraq inħaddarha.
Jien, il-Mulej,
tkellimt, u li għedt nagħmlu.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.