1L-Għanja tal-Għanjiet ta’ Salamun.
L-għarusa2Ħa jiġi jbusni bil-bewsiet ta’ fommu.
Imħabbtek hija oħla mill-inbid;
3fwiħatek fihom għaxqa għar-riħa tagħhom,
ismek żejt li jitferragħ,
għalhekk iħobbuk, lilek, ix-xebbiet.
4Iġbidni wrajk, ejja niġru!
Lili s-sultan daħħalni ġewwa,
fil-kmamar tiegħu;
ejjew nifirħu, ej’ nithennew bik.
Bil-ferħ infakkru mħabbtek
wisq aktar mill-inbid.
Iva, għandhom raġun iħobbuk!
L-ewwel taqsima tal-Għanja,bħat-tined ta’ Kedar,
bħall-purtieri ta’ Salma.
6Oh! La tqisux il-lewn samrani tiegħi:
dak għax ħarqitni x-xemx.
L-ulied ta’ ommi xegħlu wisq għalija,
ġew iqegħduni għassa fuq id-dwieli,
lili, li d-dielja tiegħi, li hi tiegħi,
għassa tagħha ma qgħadtx!
7Inti, li qalbi tħobbok, fittex għidli:
fejn tmur biex tirgħa l-merħla,
fejn, f’nofsinhar, teħodha biex tistrieħ?
Biex ma negħjiex niġġerra
wara l-merħliet ta’ sħabek!
Il-korL-għarus9Lid-debba tiegħi f’karru tal-Fargħun marbuta
inxebbhek jiena, maħbuba tiegħi.
10Ħelwin huma ħaddejk bejn dawk l-imsielet,
għonqok bil-ġiżirani.
11Ħnienaq tad-deheb nagħmlulek,
u wkoll żibeġ tal-fidda.
Djalogu bejn l-għarajjes12Waqt li s-sultan fuq id-divan kien qiegħed,
l-ispika tiegħi tat il-fwieħa tagħha.
13Il-maħbub tiegħi borża mirra għalija,
bejn ħobbejja mqiegħda.
14Il-maħbuba tiegħi għanqud ward tal-ħenna
fid-dwieli ta’ Għajn-geddi.
15Kemm int sabiħa, maħbuba tiegħi,
kemm int sabiħa!
Għajnejk qishom ħamiema.
16U int, kemm int sabiħ, maħbub tiegħi,
int ħelu tabilħaqq!
Tassew, sodditna l-ħdura.
17It-travi tad-dar tagħna huma taċ-ċedru,
bis-saqaf taċ-ċipress.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.