DANJEL BIL-GRIEG 6 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 6Danjel fil-ħofra tal-ljuni

1U Dariju l-Medi ħa s-saltna meta kellu madwar tnejn u sittin sena.

2Dariju għoġbu jaħtar mija u għoxrin satrapa fuq saltnatu, qassamhom fis-saltna kollha,

3u qabbad fuqhom tliet prefetti, wieħed minnhom Danjel; li s-satrapi kellhom jgħarrfuhom b’kollox u hekk is-sultan ma jsofri ebda ħsara..”

10Għalhekk is-sultan Dariju ffirma d-dokument u l-interdett.

11Danjel sar jaf bid-dokument iffirmat; b’danakollu baqa’ jagħmel bħas-soltu. Kien jidħol id-dar, fejn kellu tieqa miftuħa fil-kamra ta’ fuq tħares lejn Ġerusalemm, tliet darbiet kuljum, kien jinżel għarkupptejh u joqgħod jitlob u jfaħħar lil Alla tiegħu.

12B’saħna kbira fuqhom dawk l-irġiel ġrew flimkien għal ħdejn Danjel u sabuh jitlob u jfaħħar lil Alla tiegħu.

13Bla telf ta’ żmien resqu quddiem is-sultan ifakkruh fl-interdett. U qalulu: “Sultan, mhux int kont li ffirmajt l-interdett biex jekk xi ħadd, fi żmien tletin jum, jitlob lil xi alla jew lil bniedem ieħor ħliefek, sultan, jixħtuh fil-ħofra tal-ljuni?” U s-sultan wieġeb: “L-ordni għadu sħiħ, skont il-liġi tal-popli tal-Medja u l-Persja li ma tistax titħassar.”

14Imbagħad qalu lis-sultan: “Dan Danjel, wieħed mill-itturufnati Lhud, la ta kas tiegħek, sultan, u lanqas tal-interdett iffirmat minnek, għax baqa’ jitlob tliet darbiet kuljum!”

15Is-sultan sewwed qalbu ħafna meta sama’ dan, u għamel il-ħsieb li jeħles lil Danjel; sa nżul ix-xemx kien għadu jħabbel moħħu biex jara kif jeħilsu.

16Imma dawk l-irġiel marru jiġru b’saħna fuqhom flimkien għal għand is-sultan u qalulu: “Kun af, sultan, li skont il-liġi tal-popli tal-Medja u l-Persja, ebda interdett jew ordni ma jista’ jitbiddel jekk ikun sar mis-sultan.”

17Imbagħad is-sultan ta ordni biex iġibu lil Danjel; u tefgħuh fil-ħofra tal-ljuni. U s-sultan qabad u qal lil Danjel: “Ħa jeħilsek Alla tiegħek, li lilu dejjem taqdi.”

18Ressqu ġebla, qegħduha mad-daħla tal-ħofra, u s-sultan għamlilha fuqha l-marka bis-siġill tiegħu u s-siġill tal-kbarat tiegħu, ħalli ma jinbidel xejn minn dak li hu ddeċieda fuq Danjel.

19Imbagħad is-sultan telaq lejn il-palazz tiegħu; il-lejl għaddieh sajjem, u n-ngħas ħarab minn xfar għajnejh, imma ma ġabulu ’l ħadd biex iderrilu.

20Filgħodu s-sultan qam kmieni mas-sebħ u ħaffef u mar lejn il-ħofra tal-ljuni.

21Kif wasal ħdejn il-ħofra, is-sultan sejjaħ lil Danjel b’leħen imnikket u qallu: “Danjel, qaddej ta’ Alla l-ħaj, kellu l-ħila jeħilsek mil-ljuni dak Alla li lilu dejjem taqdi?”

22U Danjel wieġeb lis-sultan: “Jalla tgħix għal dejjem, sultan!

23Alla tiegħi bagħat l-anġlu tiegħu jagħlaq ħalq il-ljuni biex ma jagħmluli xejn, għax huwa sab li jiena kont bla ħtija, mhux biss quddiemu, iżda wkoll quddiemek, sultan, għax jien m’għamilt xejn ħażin.”

28minnu l-ħelsien u s-salvazzjoni,

hu jagħmel il-mirakli u l-għeġubijiet fis-sema u fl-art; kien hu li ħeles lil Danjel mill-iljuni!”

29Danjel mexa ħafna ’l quddiem, kemm taħt is-sultan Dariju, u kemm taħt Ċiru, is-sultan tal-Persja.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help