1 SLATEN 20 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 20Aħab u Benħadad

1Benħadad, sultan ta’ Aram, ġabar l-eżerċtu kollu tiegħu; kellu miegħu tnejn u tletin sultan, u żwiemel u karrijiet, u tala’, u dawwar Samarija, u ħabat għaliha.

2U bagħat messaġġiera fil-belt għand Aħab, sultan ta’ Iżrael,

3u qallu: “Dan jgħid Benħadad: ‘Il-fidda u d-deheb tiegħek tiegħi huma, u hekk ukoll in-nisa tiegħek u l-aħjar fost uliedek huma tiegħi.’

4U s-sultan ta’ Iżrael wieġeb u qallu: “Iva, kif tgħid int, sultan sidi; tiegħek jien, u kulma għandi.”

5Imma l-messaġġiera reġgħu ġew u qalulu: “Dan jgħid Benħadad: ‘Jien bgħatt ngħidlek: il-fidda u d-deheb tiegħek, u wliedek u n-nisa tiegħek, tagħtihom lili.

6Mela għada bħalissa nibgħat il-qaddejja tiegħi għandek, u jfittxulek darek u djar il-qaddejja tiegħek, u kulma jogħġobhom, jaqbduh f’idejhom u jeħduh.’ ”

7U s-sultan ta’ Iżrael sejjaħ l-anzjani kollha tal-pajjiż u qalilhom: “Kunu afu u araw li dan qiegħed ifittxilna l-ħsara. Bagħat għandi għan-nisa tiegħi u għal uliedi, għall-fidda u d-deheb tiegħi, u jien ma ċaħħadtux minnhom.”

8U x-xjuħ u l-poplu qalulu lkoll: “La tismax minnu, u toqgħodx għalih.”

9U qal lill-messaġġiera ta’ Benħadad: “Għidlu lis-sultan sidi: ‘Kulma bgħatt titlob lill-qaddej tiegħek qabel, nagħmlu; imma dan ma nistax nagħmlu.’ ” U l-messaġġiera marru, u tawh ir-risposta.

10U Benħadad bagħat jgħidlu: “Dan jagħmluli l-allat u iżjed, jekk it-trab tas-Samarija jkun biżżejjed biex kull wieħed mill-kotra li għandi warajja jieħu qabda ta’ id.”, is-sultan ta’ Aram jerġa’ jitla’ għalik.”

Rebħa oħra fuq Benħadad

23Il-qaddejja tas-sultan ta’ Aram qalulu: “L-allat tagħhom huma allat tal-muntanji, għalhekk huma għelbuna. Jekk aħna naħbtu għalihom fil-wita, negħlbuhom żgur.

24Issa agħmel hekk: neħħi s-slaten kull wieħed minn postu, u qiegħed flokhom fizzjali.

25U rawwem eżerċtu daqs l-eżerċtu li tlift, żiemel b’żiemel, u karru b’karru, imbagħad naħbtu għalihom fil-wita, u negħlbuhom żgur.” U sama’ minn kliemhom, u għamel hekk.

26Ġara li malli għaddiet sena Benħadad għadd l-Aramin u tala’ Afek biex jaħbat għal Iżrael.

27U wlied Iżrael kienu magħduda u armati u ħarġu għalihom; u waqqfu l-kamp quddiemhom bħal żewġ imrieħel mogħoż, imma l-Aramin kienu jimlew l-art.

28U bniedem ta’ Alla resaq u qal lis-sultan ta’ Iżrael: “Dan jgħid il-Mulej: ‘Talli l-Aramin qalu: Alla tal-muntanji hu l-Mulej, u mhux alla tal-widien, jien nerħi f’idejk din il-kotra kbira kollha, u tkunu tafu li jien il-Mulej.’ ”

29U huma baqgħu fil-kamp quddiem xulxin għal sebat ijiem, u fis-seba’ jum qabdet it-taqtigħa; u wlied Iżrael darbu f’jum wieħed mill-Aramin mitt elf raġel mill-fanterija.

30Il-bqija ħarbu lejn Afek fil-belt, u s-sur waqa’ fuq is-sebgħa u għoxrin elf ruħ li kien għad fadal. Benħadad ukoll ħarab, u daħal il-belt ifittex jinħeba minn kamra għal oħra.

31U l-qaddejja tiegħu qalulu: “Smajna li s-slaten ta’ dar Iżrael, slaten ħanina. Ħalli, mela, inxiddu xkejjer ma’ ġenbejna, u ħbula ma’ għonqna, u noħorġu lejn is-sultan ta’ Iżrael; għandu mnejn iħallik tgħix.”

32U xiddew xkejjer ma’ ġenbejhom, u ħbula ma’ għonqhom, u marru għand is-sultan ta’ Iżrael u qalulu: “Il-qaddej tiegħek Benħadad jgħid: ‘Iddew! Ħallini ngħix!’ ” U hu wieġeb: “Għadu ħaj? Huwa ħija.”

33Dawn in-nies ħaduha b’sinjal tajjeb, u fittxew ħatfuh fil-kelma u qalulu: “Benħadad ħuk?” U Aħab qalilhom: “Morru ġibuh.” Imbagħad Benħadad ħareġ jiltaqa’ miegħu; Aħab tellgħu fuq il-karru.

34U Benħadad qallu “Jien irroddlok lura l-ibliet li missieri kien ħa lil missierek, u int tiftaħ swieq f’Damasku, bħalma kien fetaħ missieri f’Samarija.” U Aħab wieġbu: “U jien inħallik tmur b’dan il-patt.” U għamel patt miegħu u ħallieh imur.

35U wieħed minn ulied il-profeti, b’ordni tal-Mulej, qal lil wieħed minn sħabu: “Idrobni, nitolbok.” Imma dak ma riedx jidorbu.

37U sab raġel ieħor u qallu: “Idrobni.” U r-raġel darbu u ferieh.

38U l-profeta mar jistenna s-sultan fit-triq, bla ma wera ruħu min hu billi għatta għajnejh b’faxxa.

43U s-sultan ta’ Iżrael telaq lejn daru qalbu sewda u inkurlat, u daħal f’Samarija.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help