TOBIT 12 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 12Rafel jurihom min kien u jgħib

1Malli għaddiet il-festa tat-tieġ, Tobit sejjaħ lil Tobija ibnu u qallu: “Ibni, qis li tħallas skont ma ħaqqu lil dak ir-raġel li ġie jwasslek, u agħtih xi ħaġa aktar.”

2“Missier, kemm se naqbad nagħtih?” staqsieh, “Jekk nagħtih in-nofs ta’ kulma ġibna magħna, ma jien se nbati xejn..

14U issa Alla bl-istess mod bagħatni biex infejjaq lilek u lil Sara, mart ibnek., wieħed mis-seba’ anġli, li qegħdin quddiem il-maestà tal-Mulej, u nistgħu nersqu lejh.”

16U baqgħu mistagħġba t-tnejn u nxteħtu wiċċhom fl-art, għax qabadhom il-biża’.

17“Tibżgħux,” qalilhom, “is-sliem magħkom. Bierku lill-Mulej għal dejjem.Mħ 13,20-22.

18Mhux minn rajja li kont magħkom, imma għar-rieda tajba ta’ Alla. Lilu bierku l-jiem kollha, u lilu faħħru bl-innijiet.

19Rajtuni intom, kif ma kilt xejn; kulma rajtu kien viżjoni.Mħ 13,16-20; Lq 24,41-43.

20Issa bierku lill-Mulej fuq l-art; faħħru lil Alla. Jien tiela’ għand min bagħatni. Iktbu kulma ġralkom.” Kif qal hekk għola ’l fuq,Mħ 13,20; Ġw 16,5; 20,17.

21u meta qamu bilwieqfa, ma setgħux jarawh aktar.

22U bdew ibierku, u jgħannu innijiet lil Alla, u jirringrazzjawh għal kulma għamel magħhom meta dehrilhom l-anġlu ta’ Alla.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help