NUMRI 12 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 12Mirjam u Aron kontra Mosè

1Mirjam u Aron gergru kontra Mosè minħabba l-mara minn Kus, għax kien ħa b’martu waħda minn Kus.

3Mosè kien bniedem umli, l-aktar umli fost il-bnedmin li hawn fuq wiċċ l-art.

il-bniedem li fdajtlu dari.

8Jien inkellmu wiċċ imb wiċċ;

inkellmu mhux bix-xbihat

imma bid-dieher;

u jara s-sura tal-Mulej.

Kif, mela, ma bżajtux titkellmu kontra Mosè, il-qaddej tiegħi?”

9U l-Mulej xegħel bil-qilla għalihom, u telaq.

10Kienet għadha anqas biss telgħet is-sħaba minn fuq it-tinda, meta Mirjam inksiet bil-ġdiem, bajda bħas-silġ; Aron ħares lejn Mirjam, u raha kollha ġdiem. U Aron qal lil Mosè:Dt 24,9; 2 Kron 26,20.

11“Nitolbok, ja sidi, la tħalliniex nitgħabbew bil-piż tad-dnub, li aħna tbellahna biex għamilna.Eż 32,11-14.

12Tħallihiex qisha xi ħaġa mwielda mejta minn ġuf ommha, b’ġisimha nofsu mittiekel.”

13U Mosè għajjat quddiem il-Mulej u qal: “O Alla nitolbok, fejjaqha.”

14U l-Mulej wieġeb lil Mosè: “Li kieku missierha beżqilha f’wiċċha, ma kinetx tibqa’ mriegħxa bil-mistħija għal sebat ijiem? Mela ħalli tingħalaq għal sebat ijiem barra l-kamp, imbagħad terġgħu tilqgħuha f’nofskom.”Lev 13,4-6.

15Għalhekk Mirjam ingħalqet barra l-kamp għal sebat ijiem, u l-poplu ma ċċaqlaqx qabel ma reġgħet inġiebet lura.

16Imbagħad il-poplu telaq minn Ħaserot u waqqfu l-kamp fid-deżert ta’ Faran.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help