ĦABAKKUK 1 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 1

1L-Oraklu li kellu f’dehra l-profeta ĦabakkukIl-qerda tal-ġustizzja

2Mulej, kemm se ndum nokrob

għall-għajnuna u int ma tismax!

Jew ngħajjat: “Vjolenza!”

u int ma ssalvax!

3Għaliex turini l-ħażen,

u inti toqgħod tħares lejn il-ħtija?

Quddiemi qerda u vjolenza,

hemm it-tilwim, u l-ġlied dejjem jiżdied.

4U b’hekk il-liġi sfat mingħajr saħħa,

qatt iżjed ma jsir ħaqq.

Għax il-ħażin idur madwar il-ġust,

għalhekk il-ħaqq li jsir ikun mgħawweġ.Il-Kaldin bħala kastig ta’ Alla

5Itfgħu ħarstkom fuq il-ġnus, araw,

stagħġbu, tbikkmu bl-għaġeb:

għaliex fi żmienkom stess għad issir ħaġa

li, jekk tingħad, ma temmnuhiex.

6Għax, ara, jiena nqajjem il-Kaldin,

il-ġens qalil li jaħbat għal kulħadd,

u jaqsam l-art fil-wisa’ kollu tagħha,

jaħtaf imkejjen mgħammra mhumiex tiegħu.

7Hu ġens li jwerwer, ta’ min jibża’ minnu;

il-ħaqq u l-qerda skont kif jidhirlu hu.

8Iż-żwiemel tiegħu eħfef mil-ljupardi,

eħrex mil-lpup ta’ filgħaxija.

Ilebbtu r-rikkieba tiegħu,

ġejjin mill-bogħod ir-rikkieba tiegħu,

itiru b’ħeffa t’ajkla tfittex l-ikel.

9Ilkoll kemm huma ġejjin għall-vjolenza,

il-biża’ ta’ dehrithom jasal qabilhom;

il-priġunieri jiġimgħuhom daqs ir-ramel.

10Dal-ġens iwaqqa’ s-slaten għaż-żufjett,

jidħak bil-prinċpijiet,

jiddieħak b’kull fortizza,

u jtalla’ gzuz ta’ terrapien u lilha jieħu!

11Imbagħad jonfoħ bħar-riħ

u jibqa’ għaddej,

dal-ħati li qawwietu alla tiegħu!Il-ħruxija tal-għedewwa

12Jaqaw m’intix minn dejjem int, Mulej?

M’intix Alla l-Qaddis tiegħi, li ma tmutx?

Mulej, dan minnek sar, biex tagħmel ħaqq,

u sħiħ daqs blata ridtu jkun, b’kastig!

13Int għajnejk safja wisq biex tara l-ħażen,

inti ma tiflaħx tħares lejn id-deni;

l-għala nies mill-agħar tħobb tagħti kashom,

iżżomm is-skiet meta min hu ħażin

jibla’ lil min hu aktar minnu ġust?

14Int tagħmel il-bnedmin bħall-ħut tal-baħar,

bħall-bhejjem ta’ fuq l-art, bla sid għalihom.

15Huwa jtellagħhom kollha bis-sunnara,

u, wara li jressaqhom bix-xbiek tiegħu,

jiġborhom kollha bil-konz tiegħu:

u b’hekk jithenna u jifraħ.

16Għalhekk lix-xbiek joffrilu sagrifiċċju,

jaħraq l-inċens quddiem il-konz tiegħu;

għax bihom sehmu joktor

u iklu jkun aktar utiq.

17Se jibqa’ jferragħ ix-xibka tiegħu

u joqtol il-ġnus bla waqfien?

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help