1David ħarab minn Najot ħdejn Rama u sab lil Ġonatan u staqsieh: “X’għamilt jien? X’deni għamiltlu? Fiex offendejtu ’l missierek, biex qiegħed ifittxli ħajti?”, u jien għandi noqgħod niekol mas-sultan. Ħallini mmur u ninħeba fir-raba’ sat-tielet jum filgħaxija.
9U Ġonatan wieġeb: “Ma jkun qatt dan minnek! Jekk inkun naf żgur li missieri jkun qatagħha li jagħmillek id-deni, int taħseb li ma ngħidlekx?”
10U David qal lil Ġonatan: “Min se jgħidli, jekk missierek iwieġbek bl-aħrax?”
11U Ġonatan wieġbu: “Ejja noħorġu fir-raba’.” U ħarġu t-tnejn fir-raba’.
12U Ġonatan qal lil David: “Xhud il-Mulej, Alla ta’ Iżrael! Għada bħalissa nistħarreġ lil missieri għat-tielet darba, u jekk ikun tajjeb miegħek jew le, nibgħat ngħidlek..”
27L-għada tal-qamar ġdid, il-post ta’ David baqa’ vojt, u Sawl qal lil Ġonatan ibnu: “Għala bin Ġesse ma ġiex jiekol, la lbieraħ u lanqas illum?”
28U Ġonatan wieġeb lil Sawl: “David talabni fuq li talabni biex jasal wasla sa Betlehem.
29Qalli: ‘Ibagħtuni għax għandna s-sagrifiċċju tal-familja fil-belt; u ħija stess ordnali. Mela jekk jien sibt ħniena f’għajnejk, ħallini mmur, jekk jogħġbok, nara lil ħuti.’ Għalhekk ma ġiex għall-mejda tas-sultan.”
30U Sawl xegħel bl-għadab għal Ġonatan u qallu: “Ja biċċa ta’ bin mara qarrieqa, ma nafx jien li int ħabib ta’ bin Ġesse b’għajb tiegħek u b’għajb tal-għera ta’ ommok?
31Sakemm idum ħaj fuq l-art bin Ġesse, la int u lanqas saltnatek ma tkunu fis-sod. Issa ibgħat u ġibu hawn quddiemi, għax ħaqqu l-mewt.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.