APOKALISSI 3 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 3Lill-knisja ta’ Sardi

1“U lill-anġlu tal-knisja li hemm f’Sardi iktiblu hekk: ‘Dan jgħidlek Dak li għandu s-seba’ spirti ta’ Alla u s-seba’ kwiekeb: Jiena naf l-opri tiegħek, inti għandek fama li inti ħaj, iżda int mejjet., ħarsu sewwa, u indem. Għax jekk ma tistenbaħx, niġik bħal ħalliel, bla ma tkun taf is-siegħa li fiha niġik.

6Min għandu widnejn, ħa jisma’ x’jgħid l-Ispirtu lill-knejjes.’

Lill-knisja ta’ Filadelfja

7“U lill-anġlu tal-knisja li hemm f’Filadelfja iktiblu hekk: ‘Dan jgħidlek il-Qaddis, il-Veru li għandu l-muftieħ ta’ David, li jiftaħ u ħadd ma jagħlaq, jagħlaq u ħadd ma jiftaħ:

10Talli int ħarist it-tagħlim tiegħi dwar is-sabar, jiena wkoll inħares lilek mis-siegħa tat-tiġrib li ġejja fuq id-dinja kollha biex iġġarrab lil kull min jgħammar fl-art..

13‘Min għandu widnejn, ħa jisma x’jgħid l-Ispirtu lill-knejjes.’

Lill-knisja ta’ Laodiċija

14U lill-anġlu tal-knisja li hemm f’Laodiċija iktiblu hekk: ‘Dan jgħidlek l-Ammen, ix-Xhud fidil u veru, minnu l-bidu tal-Ħolqien ta’ Alla:Prov 8,22; Ġw 1,3; Kol 1,15; Apk 1,5; 19,11.

15Jiena naf l-opri tiegħek, u naf li la inti kiesaħ u lanqas sħun. Mhux li kont jew kiesaħ jew sħun!Apk 2,2; 3,1-8.

16U hekk, ladarba inti biered, u la sħun u lanqas kiesaħ, jiena sa nobżqok minn ġo ħalqi.

17Int tgħid, “Jiena għani, jiena stagħnejt u ma jonqosni xejn”, bla ma taf li l-imsejken huwa int, ta’ min jitħassrek, fqir, agħma u għeri.Hos 12,8.

18Jiena nagħtik parir biex tiġi tixtri mingħandi deheb imsoffi bin-nar, ħalli tistagħna; u lbies abjad, ħalli jkollok x’tilbes u tgħatti l-għajb tal-għera tiegħek; u wkoll ungwent, ħalli tidlek għajnejk u tkun tista’ tara.Apk 3,5; 4,4; 6,11; 7,9-13; 16,15; 19,14.

19Lil dawk li nħobb, jiena nwiddibhom u rrażżanhom. Mela tħeġġeġ u indem.Prov 3,12; 1 Kor 11,32; Lhud 12,6; Apk 2,5; 3,3.

20Ara, jiena fil-bieb, u qiegħed inħabbat; jekk xi ħadd jismagħni u jiftaħli l-bieb, jiena nidħol għandu u niekol miegħu, u hu jiekol miegħi.Ġw 14,23.

21Lir-rebbieħ nagħtih li joqgħod maġenbi fuq it-tron tiegħi; l-istess kif jien, meta rbaħt, qgħadt maġenb Missieri fuq it-tron tiegħu.

22‘Min għandu widnejn, ħa jisma’ x’jgħid l-Ispirtu lill-knejjes.’ ”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help