1Imbagħad is-sultan qabditu rogħda. Tala’ fil-kamra ta’ fuq il-bieb, u hemm beda jibki u jgħajjat: “Ibni Absalom! Ibni! Ibni Absalom! Mhux li mitt jien minflokok. Absalom ibni! Ibni!”
Ġowab ilum lil David2U ħabbru lil Ġowab: “Ara, is-sultan qiegħed jibki u jitniehed minħabba Absalom.”
3U r-rebħa ta’ dakinhar inbidlet f’niket għall-eżerċtu kollu, għaliex dakinhar l-eżerċtu sama’ min jgħid: “Is-sultan hu mgħolli minħabba f’ibnu.”
4Dakinhar l-eżerċtu daħal bħal ħalliel fil-belt, bħalma jidħol eżerċtu maħrub wara xi battalja.
5Is-sultan kien għatta wiċċu u beda jgħajjat b’leħen qawwi: “Ibni Absalom! Absalom ibni, ibni!”
6U Ġowab daħal għand is-sultan id-dar u qallu: “Illum int ħammart wiċċ il-qaddejja tiegħek kollha, wara li llum salvawlek ħajtek, ħajjiet uliedek, subien u bniet, ħajjiet in-nisa tiegħek, u ħajjiet il-konkubini tiegħek.
7Int tħobb lil dawk li jobogħduk, u tobgħod lil dawk li jħobbuk. Urejtna llum li għalik ma hemmx kapijiet u qaddejja. Illum sirt naf li kieku Absalom għadu ħaj, u aħna, ilkoll kemm aħna, mejtin, għalik kollox kien ikun sewwa.
8U issa qum u oħroġ, kellem u agħmel il-qalb lill-qaddejja tiegħek, għaliex, naħliflek jien bil-Mulej, li jekk ma toħroġx ma jibqax bniedem wieħed miegħek dal-lejl! U għalik dan ikun għawġ akbar minn kull għawġ li qatt laħqek minn żgħożitek sal-lum.”
9U s-sultan qam u qagħad fil-bieb; u għarrfu lin-nies kollha u qalulhom: “Araw, is-sultan qiegħed fil-bieb!” U l-poplu kollu mar quddiem is-sultan.
David mill-ġdid f’ĠerusalemmIżrael ħarbu lkoll, kulħadd lejn l-għarix tiegħu.
10U l-poplu kollu fit-tribujiet ta’ Iżrael kienu qegħdin jitlewmu u jgħidu: “Is-sultan ħelisna minn id l-għedewwa tagħna; ħelisna mill-ħakma tal-Filistin; u issa kellu jaħrab mill-pajjiż minħabba Absalom.
11U Absalom li kkonsagrajna sultan fuqna miet fil-ġlied. Issa mela għala qegħdin titlajjaw biex treġġgħu lura s-sultan f’daru?”
12U David bagħat jgħid lil Sadok u lil Abjatar, il-qassisin: “Kellmu lix-xjuħ ta’ Ġuda u għidulhom: ‘Għaliex tridu tkunu l-aħħar nies li treġġgħu lura s-sultan f’daru?’ Għax l-għajdut ta’ Iżrael kollu wasal għand is-sultan f’daru.
13Intom ħuti, għadmi u laħmi! Għaliex mela tridu tkunu l-aħħar nies li treġġgħu lura s-sultan?’
14U lil Għamaxa għidulu: ‘M’intix jaqaw għadmi u laħmi? Hekk jagħmilli Alla u aktar minn hekk, jekk ma ssirx kmandant tal-eżerċtu għal dejjem quddiemi minflok Ġowab.’ ”
15B’hekk dawwar qalb in-nies kollha ta’ Ġuda bħal bniedem wieħed, u bagħtu jgħidu lis-sultan: “Erġa’ ejja, inti u l-qaddejja kollha tiegħek.”
16U s-sultan raġa’ lura, u wasal sal-Ġordan, filwaqt li n-nies ta’ Ġuda kienu waslu sa Gilgal, biex imorru jilqgħuh u jgħadduh il-Ġordan.
17Simgħi bin Gera, mit-tribù ta’ Benjamin, minn Baħurim, ħaffef u niżel man-nies ta’ Ġuda jilqa’ lis-sultan David.
30U s-sultan qallu: “Għalfejn dan il-kliem kollu? Qtajtha: Int u Siba taqsmu r-raba’ bejnietkom.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.