1Il-Filistin inġemgħu bl-eżerċtu tagħhom għall-gwerra u ltaqgħu f’Xoku ta’ Ġuda, u waqqfu l-kamp bejn Xoku u Għażeka, f’Efes-dammim.
2Sawl u n-nies ta’ Iżrael inġabru u waqqfu l-kamp fil-wied ta’ Ela, u tqassmu għall-ġlied kontra l-Filistin.
3U l-Filistin kienu fuq l-għolja minn naħa u l-Iżraelin fuq l-għolja min-naħa l-oħra, u l-wied bejniethom.
4U ħareġ jisfidahom raġel kampjun mill-kamp tal-Filistin, jismu Gulija, minn Gatt, twil sitt idriegħ u xiber. ħadid; u quddiemu kien jimxi wieħed iġorrlu t-tarka.
38Sawl libbes lil David bl-armatura tiegħu, qegħedlu f’rasu elmu tal-bronż, u xiddlu l-kurazza.
39Imbagħad David tħażżem bix-xabla fuq l-armatura, u meta ġie biex jimxi, darba darbtejn, ma għamel xejn. Għalhekk qal lil Sawl: “Ma nistax nimxi b’dan kollu; m’iniex imdorri bihom.” U għalhekk neħħa kollox minn fuqu.
40David ħa l-ħatar f’idu, għażel ħames ċagħqiet lixxi mill-wied, u qegħedhom fil-ħorġa ta’ ragħaj li kellu; ħa wkoll l-iżbandola f’idu, u qarreb lejn il-Filisti.
41Il-Filisti resaq lejn David bil-mod, u raġel bit-tarka quddiemu.
42Malli lemaħ lil David, stmellu, għax rah żagħżugħ, ruxxan u sabiħ fis-sura tiegħu.
48Il-Filisti qam u resaq lejn David; malli dan, David mar jgħaġġel fil-post tal-ġlied jiltaqa’ mal-Filisti.
49Daħħal idu fil-ħorġa, ħa minnha ċagħqa, waddabha bl-iżbandola, u laqat il-Filisti fi ġbinu: iċ-ċagħqa daħlet fi ġbinu u hu waqa’ għal wiċċu fl-art.
50Hekk David rebaħ lill-Filisti bi żbandola u b’ċagħqa; laqtu u qatlu, bla xabla f’idu.
51David qabeż fuq il-Filisti, u waqaf fuqu, ħadlu x-xabla mill-għant, qatlu u qatagħlu rasu biha.
Malli l-Filistin raw li miet il-bniedem kampjun tagħhom, ħarbu.
52U l-irġiel ta’ Iżrael u Ġuda qamu u bdew jgħajtu u ntefgħu għal fuq il-Filistin sa qrib Gatt u l-bibien ta’ Għekron. U ħafna mill-Filistin baqgħu mejta fit-triq ta’ Sagħrajm sa Gatt u sa Għekron.
53U malli reġgħu lura minn wara l-Filistin, l-Iżraelin ħatfu kulma sabu fil-kamp tagħhom.
54U David ħa ras il-Filisti, u ħadha Ġerusalemm, u l-armi li kellu ħadhom fit-tinda tiegħu.
55Meta ra lil David ħiereġ għall-Filisti, Sawl staqsa lil Abner, il-kmandant tal-eżerċitu: “Abner, bin min hu dan iż-żagħżugħ?” U Abner wieġeb: “Daqs kemm int ħaj, sultan, ma nafx.”
56U s-sultan qallu: “Mur u ara bin min hu ż-żagħżugħ.”
57U malli David raġa’ lura wara li kien qatel il-Filisti, mar jilqgħu Abner u ħadu quddiem Sawl, b’ras il-Filisti f’idu.
58U Sawl qallu: “Bin min int, żagħżugħ?” u David wieġbu: “Bin il-qaddej tiegħek Ġesse, il-Betlemita.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.