KOĦÈLET 10 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 10L-għerf u l-bluha

1Bħalma d-dubbien mejjet initten il-fwieħa fil-vażett, hekk il-fama kbira tal-għaref tgħarraqha ftit tal-bluha.

9Jekk tqanqal il-ġebel tista’ titħaxxem bih,

jekk tqatta’ l-ħatab tindarab bil-laqx.

10Jekk tixxellef il-lexxuna u ma ssinnhiex,

trid tisforza aktar biex taqta’ biha;

jiswa, mela, li żżomm għaqlek jaħdem.

11Jekk is-serp jigdem qabel ma jkun imsaħħar,

xejn ma jiswielu ’l min jaf isaħħru.

12L-għaref kliem fommu jiksiblu ġieħ,

imma l-iblah ilsienu stess jeqirdu;

13il-bidu ta’ kliemu bluha,

u t-tmiem tiegħu ġenn mill-ikreh.

14Imma l-iblah xorta jibqa’ jkattar kliemu.

Il-bniedem ma jafx x’għad ikun,

u xi jsir wara mewtu min jista’ jgħidlu?

15Jifnih lill-iblah it-taħbit tiegħu,

għax lanqas sal-belt ma jaf imur.

16Jaħasra għalik, o art, li s-sultan tiegħek tifel,

u l-kbarat tiegħek jisbħu jieklu.

17Ixxurtjat int, pajjiż, li s-sultan tiegħek bin in-nobbli,

u l-kbarat tiegħek jieklu f’waqtu,

kemm jeħtieġu u bla tbahrid.

18Għal għażż l-għajnejn jisfronda s-saqaf;

għal għażż l-idejn joqtor l-ilma fid-dar.

19Biex jgħadduha tajjeb iħejju l-mejda,

u l-inbid iferraħhom,

u l-flus jagħmlu tajjeb għal kollox.

20Tisħetx lis-sultan lanqas ġo qalbek,

u tidgħix lis-setgħan lanqas fis-satra ta’ fejn torqod,

għax l-għasafar tal-ajru għandhom mnejn iġorru leħnek,

u t-tjur iwasslu kliemek.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help